Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji [COM(2013)0641 - C7-0301/2013 - 2013/0314(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Cora van Nieuwenhuizen (A8-0131/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
Cora van Nieuwenhuizen ipproponiet il-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.
Il-kwistjoni ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.