Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015 - Strasburgu

12. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President iddikjara dan li ġej:

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat AGRI li ma ssirx oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (C(2015)02802 – 2015/2673(DEA)) (B8-0439/2015) tħabbret fis-seduta tat-Tnejn 18 ta' Mejju 2015 (punt 11 tal-Minuti ta' 18.5.2015).

Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fi żmien 24 siegħa kif stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.

B'hekk, din ir-rakkomandazzjoni hija meqjusa approvata u d-deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-"Testi adottati" tas-seduta ta' għada l-Erbgħa 20 ta' Mejju 2015.

Avviż legali - Politika tal-privatezza