Bi qbil mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma joġġezzjonax għall-abbozz ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet DEC 16/2015 u DEC 17/2015 - Taqsima III – il-Kummissjoni.
Bi qbil mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità Baġitarja dwar l-approvazzjoni tat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet DEC 11/2015, DEC 16/2015 u DEC 17/2015 - Taqsima III – il-Kummissjoni.
Bi qbil mal-Artikolu 203(7) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni Ewropea infurmat lill-Awtorità Baġitarja bi proġett immobiljarju li jirrigwarda l-kostruzzjoni ta' bini "Sikurezza u Kwalitá Alimentari" f'Geel (il-Belġju).
Bi qbil mal-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma joħroġx opinjoni dwar il-kiri ta' żewġ binjiet mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tirriloka l-membri tal-persunal tagħha li bħalissa jinsabu fil-bini Jean Monnet, f'Luxembourg.
Bi qbil mal-Artikolu 203(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Qorti tal-Awdituri informat lill-Awtorità Baġitarja b'dokument ta' ħidma dwar il-politika immobiljari ta' din l-istituzzjoni.