Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 20 ta' Mejju 2015 - Strasburgu

10. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


10.1. Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (votazzjoni)

Il-President ħabbar li rċieva l-kandidaturi ta' Fabio Massimo Castaldo u Anneli Jäätteenmäki.

Il-kandidati għarrfu li aċċettaw il-kandidaturi rispettivi tagħhom.

Il-President iddeċieda li jipproċedi għall-votazzjoni elettronika sigrieta.

Huwa pproċeda bil-votazzjoni.

Il-President qara r-riżultat tal-votazzjoni:

Numru ta' votanti       692

Voti mitfugħa       586

Astensjonijiet       106

Maġġoranza assoluta       294

Qalgħu voti:

Anneli Jäätteenmäki       301 vot

Fabio Massimo Castaldo    285 vot

(Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti ta' 20.5.2015).

Il-President ipproklama lil Anneli Jäätteenmäki Viċi President tal-Parlament Ewropew u ferħilha għall-elezzjoni tagħha.

Bi qbil mal-Artikolu 20(1) tar-Regoli ta' Proċedura, hija tieħu, skont l-ordni ta' preċedenza, il-post tal-Viċi President li wasal biex jispiċċa, jiġifieri l-għaxar Viċi President.


10.2. Il-kalendarju tal-Parlament tas-sessjonijiet parzjali - 2016

Il-kalendarju tal-Parlament tas-sessjonijiet parzjali – 2016 (2015/2695(RSO)): ara l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti (punt 5 tal-Minuti ta' 18.5.2015)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

Dikjarat approvat

Il-kalendarju tal-Parlament tas-sessjonijiet parzjali għaldaqstant ġie stabbilit kif ġej:

- mit-18 sal-21 ta' Jannar

- mill-1 sal-4 ta' Frar

- l-24 u l-25 ta' Frar

- mis-7 sal-10 ta' Marzu

- mill-11 sal-14 ta' April

- is-27 u t-28 ta' April

- mid-9 sat-12 ta' Mejju

- il-25 u s-26 ta' Mejju

- mis-6 sad-9 ta' Ġunju

- it-22 u t-23 ta' Ġunju

- mill-4 sas-7 ta' Lulju

- mit-12 sal-15 ta' Settembru

- mit-3 sas-6 ta' Ottubru

- mill-24 sas-27 ta' Ottubru

- mill-21 sal-24 ta' Novembru

- it-30 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru

- mit-12 sal-15 ta' Diċembru

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President


10.3. Ftehim dwar il-kummerċ, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni mal-Afrika t'Isfel (Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [07657/2015 - C8-0103/2015 - 2014/0236(NLE)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Davor Ivo Stier (A8-0146/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0200)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


10.4. Il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE [05933/4/2015 - C8-0109/2015- 2013/0025(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteurs: Krišjānis Kariņš u Judith Sargentini (A8-0153/2015)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2015)0201)


10.5. L-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 [05932/2/2015 - C8-0108/2015 - 2013/0024(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteurs: Timothy Kirkhope u Peter Simon (A8-0154/2015)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2015)0202)


10.6. Proċedimenti ta' insolvenza ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedimenti ta' insolvenza (riformulazzjoni) [16636/5/2014 - C8-0090/2015 - 2012/0360(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0155/2015)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2015)0203)


10.7. L-awtoċertifikazzjoni ta' importaturi ta' ċerti minerali jew metalli li joriġinaw f’żoni affettwati minn kunflitti u f’żoni ta’ riskju għoli Sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f’żoni affettwati minn kunflitti u f’żoni ta’ riskju għoli ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f’żoni affettwati minn kunflitti u f’żoni ta’ riskju għoli [COM(2014)0111 - C7-0092/2014 - 2014/0059(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Iuliu Winkler (A8-0141/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2015)0204)

Intervent ta': Bernd Lange (President tal-Kumitat INTA) biex jitlob li s-seduta tiġi sospiża għal mument biex ikun jista' jevalwa l-eżitu tal-votazzjoni fuq l-emendi, mar-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-koordinaturi.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)

Bernd Lange ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

B'VE (343 favur, 331 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.


10.8. Direttiva Delegata tal-Kummissjoni ../.../UE li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għall-applikazzjonijiet tal-illuminazzjoni ġenerali u tal-illuminazzjoni tal-iskrins li fihom il-kadmju (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0464/2015 (2015/2542(DEA))

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa għall-adozzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0205)


10.9. Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) .../... li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0440/2015 (2015/2580(DEA))

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa għall-adozzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0206)

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Dimitris Avramopoulos (Membru tal-Kummissjoni) biex jagħmel dikjarazzjoni.


10.10. Liv tal-maternità (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0453/2015 (2015/2655(RSP))

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0207)

Interventi

Gerard Batten.


10.11. Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0460/2015 (2015/2684(RSP))

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0208)


10.12. Tifqigħa ta' Xylella fastidiosa li tolqot is-siġar taż-żebbuġ (votazzjoni)

Id-dibattitu sar fid-data 30 ta' April 2015 (punt 5 tal-Minuti ta' 30.4.2015)

Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni tħabbret fid-data 20 ta' Mejju 2015 (punt 6 tal-Minuti ta' 20.5.2015).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0450/2015, B8-0451/2015, B8-0452/2015, B8-0456/2015, B8-0457/2015 u B8-0458/2015(2015/2652(RSP))

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B8-0450/2015

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B8-0451/2015

(flok B8-0451/2015, B8-0452/2015, B8-0457/2015 u B8-0458/2015)

imressqa mill-Membri li ġejjin:

Esther Herranz García, Nuno Melo, Barbara Matera, Marijana Petir, Giovanni La Via, Ramón Luis Valcárcel Siso, Angélique Delahaye, Michel Dantin, Sofia Ribeiro, Daniel Buda, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Lara Comi u Davor Ivo Stier f'isem il-Grupp PPE;

Paolo De Castro, Clara Eugenia Aguilera García, Viorica Dăncilă, Michela Giuffrida, Momchil Nekov, Tibor Szanyi, Laurenţiu Rebega u Ricardo Serrão Santos f'isem il-Grupp S&D;

James Nicholson, Beata Gosiewska, Zbigniew Kuźmiuk, Jadwiga Wiśniewska u Notis Marias f'isem il-Grupp ECR;

Ivan Jakovčić f'isem il-Grupp ALDE.

Adozzjoni (P8_TA(2015)0209)

(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0456/2015 iddekadiet.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza