Ignazio Corrao, Barbara Lochbihler, Dita Charanzová, Charles Tannock, Marie-Christine Vergiat, Jeroen Lenaers u Josef Weidenholzer ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Interventi ta': Csaba Sógor f'isem il-Grupp PPE, Marc Tarabella f'isem il-Grupp S&D, Amjad Bashir f'isem il-Grupp ECR, Gérard Deprez f'isem il-Grupp ALDE, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jiří Pospíšil, Goffredo Maria Bettini u Cristian Dan Preda, dan tal-aħħar ukoll dwar il-fatt li d-dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt tressaq għal filgħodu (Il-President għarraf li kien se jgħaddi r-rimarki tal-kelliem lill-Bureau).
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marijana Petir, Doru-Claudian Frunzulică, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Fabio Massimo Castaldo.