Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 8 ta' Ġunju 2015 - Strasburgu

6. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat IMCO bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

Rettifika P7_TA-PROV(2014)0390(COR01) għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disponibbiltà fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni għad-direttiva ikkwotata hawn fuq (P7_TA-PROV(2014)0390) (COM(2013)0471 – C7-0203/2013 – 2013/0221(COD)).

Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza