L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji Ġunju I 2015 (PE 559.456/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
Interventi ta'::
- Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, biex jitlob li s-sitwazzjoni fir-Rumanija tiġi diskussa fil-Kumitat LIBE.
- Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, li kien favur dan id-dibattitu (il-President impenja ruħu li jibgħat din it-talba lill-Kumitat LIBE).
- Rebecca Harms, biex titlob li l-kwistjoni tiġi indirizzata wkoll lill-Konferenza tal-Presidenti (il-President impenja ruħu li jdaħħal dan il-punt fl-aġenda tal-laqgħa li jmiss).
- Marek Jurek, dwar ir-referendum fl-Irlanda.
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Talba mill-Grupp S&D biex id-dibattitu dwar ir-rapport Sergio Gaetano Cofferati - A8-0158/2015 (punt 62 tal-abbozz ta' aġenda) jiġi pospost għas-sessjoni ta' Lulju. Dan jiġi sostitwit mir-rapport Gabrielius Landsbergis - A8-0162/2015 (punt 23 tal-abbozz ta' aġenda), li attwalment jinsab fl-aġenda tal-Erbgħa waranofsinhar.
Interventi ta': Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, li ressaq it-talba, u Kostas Chrysogonos, favur it-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Is-seduta tal-Erbgħa se tintemm, għalhekk, fid-21:00.
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp EFDD biex jittawwal id-dibattitu dwar ir-rapport Bernd Lange - A8-0175/2015 (punt 44 tal-abbozz ta' aġenda) waranofsinhar.
Interventi ta': Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, li ressaq it-talba, Enrique Guerrero Salom, li ppropona li s-seduta tibda fit-8:00 u li tinżamm il-votazzjoni l-Erbgħa, u Jonathan Arnott, li kien favur din il-proposta.
Il-Parlament approva t-talba.
Is-seduta tal-Erbgħa se tibda', għalhekk, fit-8:00.
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex jingħalaq id-dibattitu dwar il-mistoqsija orali dwar l-isport u d-drittijiet tal-bniedem, anki fil-kuntest tal-Logħob Ewropej ta' Baku (punt 65 tal-abbozz ta' aġenda) permezz tat-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Interventi ta': Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ressqet it-talba, Marie-Christine Vergiat, favur it-talba, u Notis Marias kontra t-talba.