L-awtoritajiet kompetenti Pollakki kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Edward Czesak flok Andrzej Duda, bħala Membru tal-Parlament, b'effett li jiddekorri mill-11 ta' Ġunju 2015.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura billi l-kredenzjali tiegħu ma ġewx verifikati jew ma ttiħditx deċiżjoni dwar tilwim eventwali, Edward Czesak ipoġġi bi drittijiet sħaħ fil-Parlament u fl-organi tiegħu, bil-kundizzjoni li jkun iddikjara bil-miktub minn qabel li ma jokkupax kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
° ° ° °
Emmanouil Glezos avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 8 ta' Lulju 2015, f'nofsillejl.
Skont l-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-vakanza tas-siġġu tiegħu li tiddekorri mid-9 ta' Lulju 2015 u għarraf lill-awtorità nazzjonali kkonċernata.
° ° ° °
Marit Paulsen avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 30 ta' Settembru 2015.
Skont l-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-vakanza tas-siġġu tagħha li tiddekorri mit-tali data u għarraf lill-awtorità nazzjonali kkonċernata.