Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 24 ta' Ġunju 2015 - Brussell

8. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat ENVI bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

- Rettifika P8_TA-PROV(2015)0100(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-28 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (P8_TA-PROV(2015)0100 - 10710/2/2014 – C8-0004/2015 – 2012/0288(COD))

Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza