9. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' tranżizzjoni li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet (C(2015)03680 - 2015/2742(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 5 ta' Ġunju 2015 irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza proviżorja tar-reġimi tas-solvenza fis-seħħ fl-Awstralja, Bermuda, il-Brażil, il-Kanada, il-Messiku, u l-Istati Uniti u applikabbli għal impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni b'uffiċċji prinċipali f'dawk il-pajjiżi (C(2015)03740 - 2015/2743(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 5 ta' Ġunju 2015 irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza tar-reġim ta' solvenza u prudenzjali għall-impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni fis-seħħ fl-Iżvizzera, abbażi tal-Artikoli 172(2), 227(4) u 260(3) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2015)03754 - 2015/2741(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 5 ta' Ġunju 2015 irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rata fissa għal operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej fis-settur tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (C(2015)03759 - 2015/2746(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 10 ta' Ġunju 2015 irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) irriferut għal opinjoni: EMPL (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għat-trattament tranżizzjonali tal-iskoperturi tal-ekwità skont l-approċċ IRB (C(2015)03797 - 2015/2748(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 11 ta' Ġunju 2015 irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati mal-prospetti u r-reklami (C(2015)03834 - 2015/2749(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Ġunju 2015 irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1569/2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skont id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2015)03835 - 2015/2750(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Ġunju 2015 irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) irriferut għal opinjoni: JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżit tal-bafer kapitali kontroċikliku skont l-Artikolu 440 (C(2015)03468 – 2015/2724(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli, sat-28 ta' Awwissu 2015. irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON