13. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;
- Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka;
- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Grenada dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;
- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;
- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth ta' Dominica dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;
- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir.