Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 24 ta' Ġunju 2015 - Brussell

15. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduta plenarja Ġunju II (PE 560.976/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

- Ir-rapport Tadeusz Zwiefka dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Udo Voigt (A8-0192/2015) u r-rapport Laura Ferrara dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Sotirios Zarianopoulos (A8-0191/2015) ġew adottati fil-Kumitat JURI u ġew inklużi fil-ħin tal-votazzjonijiet odjern.

- Talba tal-Grupp Verts/ALE biex id-dibattitu dwar it-tħejjija tal-Laqgħa tal-Kunsill Ewropew (25-26 ta' Ġunju 2015) (punt 20 tal-PDOJ) ma jkunx limitat għal ċiklu ta' interventi mill-kelliema tal-gruppi politiċi biex ikun miftuħ għall-ogħla numbru ta' kelliema. Għaldaqstant, id-dibattitu dwar it-trasparenza tal-applikazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (punt 14 tal-PDOJ) ġie pospost wara l-ħin tal-votazzjonijiet.

Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li jiġġustifika t-talba, u Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li sostnietha.

B'VE (129 favur, 260 kontra, 15-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza