6. Rettifiki (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat TRAN bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:
Rettifika P6_TA(2008)0030(COR01)għad-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-31 ta' Jannar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni għad-direttiva msemmija (P6_TA(2008)0030 (ĠU C 68 E, 21.3.2009, p. 44) (13593/6/2007 – C6-0410/2007 – 2006/0196(COD))
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.
Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.
Billi ma kien hemm l-ebda talba biex titressaq għall-votazzjoni minn grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru (Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura), din ir-rettifika tqieset approvata.