7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, wara l-aħħar sessjoni ffirma l-att segwenti adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 - il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (00034/2015/LEX - C8-0165/2015 - 2015/0009(COD))
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 8 ta' Lulju 2015 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (kodifikazzjoni) (00023/2015/LEX - C8-0168/2015 - 2014/0158(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta’ aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2015 (00027/2015/LEX - C8-0155/2015 - 2015/0070(COD)).