Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 6 ta' Lulju 2015 - Strasburgu

10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u l-prova ta' raffinar ta' prodotti taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 skont ftehimiet preferenzjali, għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2015/2016 u 2016/2017 u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 891/2009 (C(2015)04157 - 2015/2753(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 23 ta' Ġunju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni ta' żoni bi strutturi ta' skollijiet f'ilmijiet taħt is-sovranità tad-Danimarka fil-Baħar Baltiku u l-Kattegat (C(2015)04247 - 2015/2755(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 25 ta' Ġunju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni dwar is-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi, skont ir-Regolament (UE) Nru305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2015)04359 - 2015/2763(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Lulju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni dwar is-sistemi applikabbli tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati skont ir-Regolament (UE) Nru305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2015)04380 - 2015/2764(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Lulju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2015)04394 - 2015/2762(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Lulju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 li jissupplimenta r-Regolament(UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit (C(2015)04422 - 2015/2769(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 2 ta' Lulju 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Avviż legali - Politika tal-privatezza