Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 6 ta' Lulju 2015 - Strasburgu

11. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Lulju 2015 (PE 563.528/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

- Il-President ippropona, l-ewwel nett, li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-"Tħejjija tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016" (punt 85 tal-PDOJ) tiddaħħal bħala l-ewwel punt ta' waranofsinhar, minflok il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (25 u 26 ta' Ġunju 2015) u s-sitwazzjoni attwali fil-Greċja, u t-tieni nett, li d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-"Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (25-26 ta' Ġunju 2015) u tas-Summit taż-Żona tal-Euro (is-7 ta' Lulju 2015) u s-sitwazzjoni attwali fil-Greċja" (punt 75 tal-PDOJ) jiddaħħlu bħala t-tieni punt tal-Erbgħa.

Il-Parlament approva din il-proposta.

Interventi ta': Guy Verhofstadt, li talab li jieħdu sehem f'dan id-dibattitu l-Prim Ministru Grieg, Alexis Tsipras, u l-President tal-Ewrogrupp, Jeroen Dijsselbloem, u, dwar din it-talba, Rebecca Harms u Peter van Dalen (il-President wieġeb li se jibgħat l-istedina).

Talba ta' Emmanouil Glezos u 51 Membru biex tiddaħħal fl-aġenda tat-Tlieta waranofsinhar dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dejn tal-Ġermanja wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

Interventi ta': Emmanouil Glezos, li ġġustifika t-talba, Gabriele Zimmer, favur it-talba, u Cristian Dan Preda kontriha.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-Erbgħa

- It-tieni punt ta' filgħodu se jkun id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (25-26 ta' Ġunju 2015) u s-Summit taż-Żona tal-Euro (7 ta' Lulju 2015) u s-sitwazzjoni attwali fil-Greċja. Dan il-punt se jissostitwixxi d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tħejjija tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016, li ġie antiċipat għal nhar t-Tlieta waranofsinhar.

Konsegwentement, il-votazzjonijiet se jibdew fis-13.00.

Il-Ħamis

- Interventi ta': Marietje Schaake biex titlob li r-rapport dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġija f'pajjiżi terzi (A8-0178/2015) jiġi pospost għas-sessjoni parzjali ta' Settembru I, u Josef Weidenholzer, favur din it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

- Talba biex jiżdied dibattitu dwar il-kommemorazzjoni ta' Srebrenica, u fi tmiemu se jitressqu mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, bħala l-ewwel punt ta' filgħodu.

Interventi ta': Ivan Jakovčić, li ġġustifika t-talba, Knut Fleckenstein favur din it-talba u Geoffrey Van Orden anki hu favuriha.

L-iskadenzi għat-tressiq ġew iffissati b'dan il-mod:

- mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 7 ta' Lulju 2015, fl-10.00;

- emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni; mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunta: l-Erbgħa 8 ta' Lulju 2015, f'12.00;

- emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunta: l-Erbgħa 8 ta' Lulju 2015, fis-13.00.

Il-Parlament approva t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Intervent ta': Franz Obermayr.

Avviż legali - Politika tal-privatezza