Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova l-abbozz imressaq mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet 1/2015.
Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 15/2015, DEC 18/2015 u DEC 19/2015.
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bl-approvazzjoni tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 18/2015 - Taqsima III – Il-Kummissjoni.
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bl-approvazzjoni tat-trasferiment ta' approprjazzjoni DEC 14/2015 - Taqsima III – Il-Kummissjoni.