(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.45. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)
PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI Viċi President
15. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
Nadine Morano informat li, minħabba raġunijiet tekniċi, ma setgħetx tipparteċipa fit-totalità tal-votazzjonijiet tal-bieraħ.
° ° ° °
Martina Michels għarrfet li riedet tivvota kontra l-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju (A8-0041/2015) (punt 10.61 tal-Minuti ta' 29.4.2015).