Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 9 ta' Lulju 2015 - Strasburgu

16. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari

Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjoni li ġejja, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottaha, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (COM(2015)0318) (08257/3/2015 - C8-0159/2015 - 2013/0410(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjoni li ġejja, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottaha:

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (09375/1/2015 - C8-0166/2015 - 2011/0901B(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 10 ta' Lulju 2015.

Avviż legali - Politika tal-privatezza