Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 7 ta' Settembru 2015 - Strasburgu

2. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni dwar l-ifluss ta' migranti li qed jaħarbu mill-gwerra u mill-persekuzzjonijiet li jikkostitwixxi test storiku għall-Ewropa. Huwa jappella lill-Istati Membri biex jegħlbu l-egoiżmu nazzjonali u jistabbilixxu politika Ewropea komuni tal-asil u tal-akkoljenza tar-refuġjati, akkumpanjata minn mekkaniżmu permanenti li jippermetti d-distribuzzjoni tagħhom fl-Unjoni. Barra minn hekk, jirringrazzja lill-persuni li għenu lir-refuġjati u jqis li s-solidarjetà trid tikkostitwixxi l-parti integrali tal-politika Ewropea f'dan il-qasam.

Avviż legali - Politika tal-privatezza