Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 7 ta' Settembru 2015 - Strasburgu

4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Taljani kkomunikaw li Giovanni Toti ġie elett President tal-Kunsill reġjonali tal-Ligurja.

Peress li din il-kariga, b'konformità mal-Artikolu 7(3), tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, mhijiex kompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-Parlament, abbażi tal-Artikolu 4(4), tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, ħa nota tal-vakanza tas-siġġu tiegħu li tiddekorri mill-10 ta' Lulju 2015.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Awstrijaki kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Karoline Graswander-Hainz minflok Jörg Leichtfried bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 9 ta' Lulju 2015.

L-awtoritajiet kompetenti Taljani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Stefano Maullu minflok Giovanni Toti bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 13 ta' Lulju 2015.

L-awtoritajiet kompetenti Griegi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Nikolaos Chountis minflok Emmanouil Glezos bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 20 ta' Lulju 2015.

L-awtoritajiet kompetenti Żvediżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Jasenko Selimovic minflok Marit Paulsen bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 30 ta' Settembru 2015.

L-awtoritajiet kompetenti Netherlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Auke Zijlstra minflok Hans Jansen bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 1 ta' Settembru 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Karoline Graswander-Hainz, Stefano Maullu, Nikolaos Chountis, Jasenko Selimovic et Auke Zijlstra jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza