Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 7 ta' Settembru 2015 - Strasburgu

19. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Settembru I 2015 (PE 565.914/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp PPE biex jiġi kkonsultat il-Kumitat AFET qabel ma jinbidel l-isem tad- "Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan" f'"Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Palestina".

Interventi ta': Cristian Dan Preda, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, u Neoklis Sylikiotis, li opponiha.

B'VE (152 favur, 180 kontra, 42 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

°
° ° °

Talba tal-Grupp PPE biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "is-Sitwazzjoni fil-Belarussja" bi preżentazzjoni ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni li se tiġi vvutata l-Ħamis.

Interventi ta': Cristian Dan Preda, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, u Andrejs Mamikins li opponiha.

B'VE (204 favur, 169 kontra, 7 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Skadenzi għat-tressiq:

- mozzjonijiet għal riżoluzzjoni : it-Tlieta 8 ta' Settembru 2015 fl-10,
- emendi u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 9 ta' Settembru 2015 fl-10
- emendi għal mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta: l-Erbgħa 9 ta' Settembru 2015 fil-11
- Votazzjoni: il-Ħamis 10 ta' Settembru 2015

°
° ° °

Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal fl-Aġenda tal-Erbgħa waranofsinhar dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija, li se tiġi vvutata waqt il-perjodu ta' sessjoni ta' Settembru II.

Interventi ta': Rebecca Harms, f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, Takis Hadjigeorgiou, li appoġġaha, u Cristian Dan Preda, li opponiha.

B'VE (153 favur, 180 kontra, 36 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

°
° ° °

Interventi ta': Guy Verhofstadt li talab lill-President biex jiżgura li l-President tal-Kunsill Donald Tusk ikun preżenti waqt id-dibattitu dwar "Migrazzjonijiet u refuġjati fl-Ewropa" l-Erbgħa filgħodu (Il-President avża li diġà indirizza stedina lill-President tal-Kunsill).

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza