5. Azzjonijiet meħuda wara talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari
It-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Dan Nica, imressqa mill-awtoritajiet kompetenti Rumeni fil-qafas ta' inkjesta penali miftuħa mid-Direttorat Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni fir-Rumanija, ġiet imħabbra matul is-sessjoni tal-24 ta' Novembru 2014 (punt 6 tal-Minuti ta' 24.11.2014).
Bi qbil mad-disposizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba kienet intbagħtet lill-kumitat kompetenti, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
Il-Kumitat JURI eżamina t-talba u, bl-ittra tal-15 ta' Settembru 2015, ikkomunika r-rakkomandazzjoni tiegħu skont liema t-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Dan Nica ma teħtiġx l-intervent tal-Parlament f'dan l-istadju.
Il-Parlament ħa nota ta' din ir-rakkomandazzjoni u, skont l-Artikolu 9(9) tar-Regoli ta' Proċedura, informa lill-awtoritajiet kompetenti Rumeni b'dan.