Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu

6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbret li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar 6 ta' Ottubru 2015 il-President tal-Parlament se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (00032/2015/LEX - C8-0291/2015 - 2014/0011(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE u 2001/23/KE, fir-rigward tal-baħħara (00033/2015/LEX - C8-0293/2015 - 2013/0390(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal Organizzazzjoni Dinjija tal Kummerċ (kodifikazzjoni) (00015/2015/LEX - C8-0290/2015 - 2014/0174(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010 (00044/2015/LEX - C8-0280/2015 - 2015/0028(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza