Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Dikjarat approvat.
Għalhekk il-kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament għall-2017 ġie stabbilit kif ġej:
- mis-16 sad-19 ta' Jannar
- l-1 u t-2 ta' Frar
- mit-13 sas-16 ta' Frar
- l-1 u t-2 ta' Marzu
- mit-13 sas-16 ta' Marzu
- mit-3 sas-6 ta' April
- is-26 u s-27 ta' April
- mill-15 sat-18 ta' Mejju
- il-31 ta' Mejju u l-1 ta' Ġunju
- mit-12 sal-15 ta' Ġunju
- mit-3 sas-6 ta' Lulju
- mill-11 sal-14 ta' Settembru
- mit-2 sal-5 ta' Ottubru
- mit-23 sas-26 ta' Ottubru
- mit-13 sas-16 ta' Novembru
- id-29 u t-30 ta' Novembru
- mill-11 sal-14 ta' Diċembru.
10.2. Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazjzoni tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Tuneżija, min-naħa l-oħra, rigward Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni [16160/2014 - C8-0080/2015 - 2014/0118(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A8-0254/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.
10.3. Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea [COM(2013)0794 - C7-0414/2013 - 2013/0403(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A8-0140/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
10.4. Il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti medji tal-kombustjoni [COM(2013)0919 - C7-0003/2014 - 2013/0442(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Andrzej Grzyb (A8-0160/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
10.5. Kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE [COM(2014)0174 - C7-0105/2014 - 2014/0096(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Giovanni La Via (A8-0042/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
10.6. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 966/2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni [COM(2014)0358 - C8-0029/2014 - 2014/0180(COD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Ingeborg Gräßle (A8-0049/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)