Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu

8. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari

Il-President ħabbret, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċiviet mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (09173/3/2015 - C8-0281/2015 – 2013/0246(COD)– 11257/1/2015 – COM(2015)0493)

irriferut responsabbli: IMCO

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jikkonċernaw l-aċċess miftuħ għall-internet u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r- Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (10788/2/2015 - C8-0294/2015 – 2013/0309(COD) – 12279/2015 – COM(2015)0489)

irriferut responsabbli: ITRE

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 9 ta' Ottubru 2015.

Avviż legali - Politika tal-privatezza