Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 14 ta' Ottubru 2015 - Brussell

11. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti

Deċiżjoni li għandha tkun applikata l-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati (Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Ħatra ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS (N8-0074/2015 - C8-0305/2015 - 2015/0902(NLE))
Kumitati: BUDG, ECON
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 11.2.2015)

- Ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-FEIS (N8-0073/2015 - C8-0304/2015 - 2015/0901(NLE))
Kumitati: BUDG, ECON
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 11.2.2015)

Modifika tar-riferiment

Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, li saret fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll tas-27 ta' Settembru 1996, tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tad-29 ta' Novembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni permezz ta' deċiżjonijiet preliminari, mill- Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u t-Tieni Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, mal- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej - (COM(2015)0458 - 2015/0210 (NLE))
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE

Avviż legali - Politika tal-privatezza