Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 26 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu

7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
CRE

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar mercredi 28 octobre 2015 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (00060/2015/LEX - C8-0318/2015 - 2014/0213(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (00043/2015/LEX - C8-0311/2015 - 2014/0180(COD)).

°
° ° °

Intervent ta': Matt Carthy dwar l-inċendju li kkawża għaxart imwiet f'żona ta' waqfien għall-vjaġġaturi qrib Dublin fl-10 ta' Ottubru 2015, u dwar il-mewt ta' Tony Golden, membru tal-forzi tal-pulizija Irlandiżi, waqt il-qadi ta' dmiru fil-11 ta' Ottubru 2015. Matt Carthy jitlob li l-kondoljanzi tal-istituzzjoni lill-familji tal-vittmi jiddaħħlu fil-minuti preżenti (Il-President ħa nota ta' dan).

Intervent ta': João Ferreira biex isaqsi dwar il-kriterji użati bħala bażi għad-deċiżjonijiet tas-servizzi tal-Parlament rigward ir-raġuni għall-urġenza ta' mistoqsijiet b'talba għal tweġiba bil-miktub supplimentari mressqa mill-Membri (Il-President jirreferi għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura, approvata mill-plenarja, u jippreċiża li bħalissa għaddejja analiżi tal-mistoqsija).

Avviż legali - Politika tal-privatezza