12. Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *- Ftehim Svizzera-UE dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji * - Taxxa fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta’ interessi: it-tħassir tad-Direttiva dwar it-Tfaddil * (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni [COM(2015)0135 - C8-0085/2015 - 2015/0068(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A8-0306/2015)
Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' imgħaxijiet [08266/2015 - C8-0169/2015 - 2015/0076(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jeppe Kofod (A8-0271/2015)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE [COM(2015)0129 - C8-0086/2015- 2015/0065(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Molly Scott Cato (A8-0299/2015)
Markus Ferber (rapporteur) ippreżenta r-rapport.
PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI Viċi President
Elisa Ferreira (sostituta tar-rapporteur Jeppe Kofod) u Molly Scott Cato, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, ippreżentaw ir-rapporti.
Intervent ta': Pierre Moscovici (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Peter Simon f'isem il-Grupp S&D, Sander Loones f'isem il-Grupp ECR, Petr Ježek f'isem il-Grupp ALDE, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eva Joly f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Zanni f'isem il-Grupp EFDD, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Ivana Maletić, Hugues Bayet, Bernd Lucke, Michael Theurer, Miguel Viegas, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Patrick O'Flynn, Luděk Niedermayer, Olle Ludvigsson, Pirkko Ruohonen-Lerner, Sylvie Goulard u Fabio De Masi.
PRESIDENZA: Antonio TAJANI Viċi President
Interventi ta': Theodor Dumitru Stolojan, Othmar Karas u Tom Vandenkendelaere.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Romana Tomc, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Igor Šoltes, Maria Spyraki u Doru-Claudian Frunzulică.
Interventi ta': Pierre Moscovici, Markus Ferber, Peter Simon (sostitut tar-rapporteur Jeppe Kofod) u Molly Scott Cato.