Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 27 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu

5. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


5.1. L-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u l-istabbiliment ta' skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva 76/621/KEE tal-Kunsill dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament (KE) Nru. 320/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor [COM(2015)0174 - C8-0101/2015- 2015/0090(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Czesław Adam Siekierski (A8-0255/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDA u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0360)


5.2. Ftehim Svizzera-UE dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' imgħaxijiet [08266/2015 - C8-0169/2015 - 2015/0076(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jeppe Kofod (A8-0271/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0361)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


5.3. Taxxa fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta’ interessi: it-tħassir tad-Direttiva dwar it-Tfaddil * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE [COM(2015)0129 - C8-0086/2015- 2015/0065(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Molly Scott Cato (A8-0299/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0362)


5.4. Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Iżvezja * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Iżvezja [10027/2015 - C8-0197/2015- 2015/0804(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Monika Flašíková Beňová (A8-0304/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0363)


5.5. Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Belġju * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Belġju [10029/2015 - C8-0196/2015- 2015/0805(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Monika Flašíková Beňová (A8-0303/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0364)


5.6. Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Polonja * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Polonja [09989/2015 - C8-0195/2015- 2015/0806(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Monika Flašíková Beňová (A8-0302/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0365)


5.7. Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE [09173/3/2015 - C8-0281/2015- 2013/0246(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Birgit Collin-Langen (A8-0297/2015)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2015)0366)


5.8. Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni [10788/2/2015 - C8-0294/2015- 2013/0309(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Pilar del Castillo Vera (A8-0300/2015)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2015)0367)

Intervent

Pilar del Castillo Vera (rapporteur).


5.9. Il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra ***I (votazzjoni)

Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra [COM(2014)0001 - C7-0014/2014- 2014/0005(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Marietje Schaake (A8-0267/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2015)0368)

Marietje Schaake (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.


5.10. Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni [COM(2015)0135 - C8-0085/2015 - 2015/0068(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A8-0306/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2015)0369)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0369)


5.11. Kwittanza 2013: L-impriża konġunta ARTEMIS (votazzjoni)

Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 [COM(2014)0510 - C8-0208/2014- 2014/2132(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A8-0283/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0370)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0370)

Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness V, Artikolu 5(2) tar-Regoli ta' Proċedura)..


5.12. Kwittanza 2013: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) (votazzjoni)

Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 [COM(2014)0510 - C8-0201/2014- 2014/2125(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A8-0282/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0371)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0371)

Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness V, Artikolu 5(2) tar-Regoli ta' Proċedura)..


5.13. Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta ENIAC (votazzjoni)

It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013 [COM(2014)0510 - C8-0211/2014- 2014/2135(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A8-0285/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0372)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0372)

Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness V, Artikolu 5(2) tar-Regoli ta' Proċedura)..


5.14. Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (votazzjoni)

Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [COM(2014)0510 - C8-0148/2014- 2014/2079(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A8-0269/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0373)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0373)

Il-kwittanza ġiet rifjutata (ara l-Anness V, Artikolu 5(2)(b) tar-Regoli ta' Proċedura).


5.15. Il-Kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul (votazzjoni)

Rapport dwar il-Kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul u kif jistgħu jisssaħħu s-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu evitati kriżijiet futuri [2014/2204(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Charles Goerens (A8-0281/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0374)

Interventi

Charles Goerens ressaq żewġ emendi orali biex jintroduċi testi ġodda wara l-paragrafu 2 u l-Premessa C. Iż-żewġ emendi orali nżammu.


5.16. Kejl ta' emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (votazzjoni)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000113/2015) mressqa minn Giovanni La Via, f'isem il-Kumitat ENVI, Vicky Ford, f'isem il-Kumitat IMCO, Jerzy Buzek, f'isem il-Kumitat ITRE, Michael Cramer, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: Il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur tal-karozzi (2015/2865(RSP)) (B8-0764/2015)

Id-dibattitu sar fid-data 6 ta' Ottubru 2015 (punt 11 tal-Minuti ta' 6.10.2015).

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tħabbru fid-data 27 ta' Ottubru 2015 (punt 4 tal-Minuti ta' 27.10.2015).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-1075/2015, B8-1076/2015, B8-1077/2015, B8-1078/2015, B8-1079/2015 u B8-1080/2015 (2015/2865(RSP))

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B8-1075/2015

(flok B8-1075/2015, B8-1076/2015, B8-1078/2015 u B8-1080/2015):

imressqa mill-Membri li ġejjin:

—   Françoise Grossetête f'isem il-Grupp PPE;

—   Matthias Groote f'isem il-Grupp S&D;

—   Gerben-Jan Gerbrandy u Dita Charanzová f'isem il-Grupp ALDE;

—   Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE.

Adozzjoni (P8_TA(2015)0375)

(Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-1077/2015 u B8-1079/2015 iddekadew.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza