Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
° ° ° °
Interventi ta':
— Jens Geier, fuq il-lista ta' votazzjoni tal-grupp tiegħu,
— Danuta Maria Hübner (rapporteur) f'isem il-Grupp PPE, li titlob il-posponiment tal-votazzjoni tar-rapport A8-0286/2015 tagħha fuq ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea għas-sessjoni parzjali li jmiss, b'mod konformi mal-Artikolu 190(4) tar-Regoli tal-Proċedura, Jo Leinen, ko-rapporteur, biex isostni t-talba, u Gerolf Annemans, kontra. Il-Parlament japprova t-talba.
7.1. Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2016 – it-Taqsimiet kollha (votazzjoni)
— Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsima III tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena Finanzjarja 2016 għal dak li jirrigwarda l-Kummissjoni;
— Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena Finanzjarja 2016 għal dak li jirrigwarda l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, biex ikunu adottati, l-abbozzi ta' emendi għandhom jiksbu l-voti tal-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament Ewropew.
(L-abbozzi tal-emendi adottati jidhru fl-anness f'"Testi adottati".)
(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Qabel il-votazzjoni, José Manuel Fernandes (rapporteur) ippropona l-modifiki tekniċi segwenti:
Kummenti:
— Linja 04 02 64 "Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ": l-AM 1435 fiha kummenti addizzjonali adottati fil-kumitat BUDG dwar is-sessi, l-edukazzjoni u t-taħriġ.
Ammonti:
— Linja 11 06 62 01 "Konsulenza u għarfien xjentifiku" (AM 478): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 14 064 771;
— Linji ġodda 18 04 01 01 "Ewropa għaċ-Ċittadini - Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni" u 18 04 01 02 "Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej" (AM 1366): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 18 650 000 (lura għall-ammont stabbilit fl-Abbozz ta' Baġit) fl-ewwel Linja, u għal EUR 500 000 fit-tieni Linja;
— Linja 19 02 01"Rispons għal kriżi u kriżijiet emerġenti" (AM 995): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 156 914 703;
— Linja 21 02 07 04 "L-ikel u s-sigurtà tan-nutrizzjoni u l-agrikoltura sostenibbli" (AM 1373): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 89 783 000;
— Linja 21 02 07 05 "Il-migrazzjoni u l-ażil" (AM 1374): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 28 114 291;
— Linja 24 01 07 "Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)" (AM 1389) treġġgħet lura għall-ammont stabbilit fl-Abbozz ta' Baġit u se tiġi aġġustata għal EUR 53 149 500 biex jiġi inkluż l-ammont imqiegħed f'riżerva.
Il-Parlament appova l-aġġustamenti proposti.
Interventi
James Carver.
Wara l-votazzjoni, Pierre Gramegna (President fil-kariga tal-Kunsill) ħa nota tad-differenzi bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsill u stqarr li huwa favorevoli li jitlaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 314(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
7.2. Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 - it-taqsimiet kollha(votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 [11706/2015 - C8-0274/2015- 2015/2132(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Gérard Deprez (A8-0298/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
7.3. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea [09375/1/2015 - C8-0166/2015- 2011/0901B(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: António Marinho e Pinto (A8-0296/2015)
(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) [08806/1/2015 - C8-0260/2015- 2014/0213(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0295/2015)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
7.5. L-użu ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom [COM(2015)0177 - C8-0107/2015- 2015/0093(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Giovanni La Via (A8-0305/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Rifjut
Interventi ta': Giovanni La Via (rapporteur) biex jitlob jekk il-Kummissjoni żżommx il-proposta tagħha, Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni), biex jikkonferma iż-żamma, u Giovanni La Via biex jitlob il-votazzjoni fuq l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva.
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid [COM(2013)0894 - C7-0487/2013- 2013/0435(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: James Nicholson (A8-0046/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
7.7. It-tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u l-emendar tad-Direttiva 2003/35/KE ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE [COM(2013)0920 - C7-0004/2014- 2013/0443(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Julie Girling (A8-0249/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
Julie Girling (rapporteur) ipproponiet il-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.
Interventi
Eric Andrieu ppreżenta emenda orali għall-emenda 33, li ġiet aċċettata.
Stefan Eck, wara l-adozzjoni tal-emenda 33.
7.8. Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (votazzjoni)
Rapport dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej [2014/2257(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: György Schöpflin (A8-0284/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
7.9. Strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku (votazzjoni)
Rapport dwar strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku [2014/2214(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Ivan Jakovčić (A8-0279/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
Anna Maria Corazza Bildt fuq il-parteċipazzjoni ta' Marine Le Pen għall-votazzjoni ta' dan il-jum.
Ivan Jakovčić (rapporteur) ressaq emenda orali għall-emenda 2, li ma ġietx aċċettata billi aktar minn 40 Membru opponewha.
7.10. Il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020 (votazzjoni)
Rapport dwar il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020 [2014/2246(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Fernando Ruas (A8-0277/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
7.11. Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda (votazzjoni)
Rapport dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda: linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni [2015/2052(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: José Blanco López (A8-0268/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)