Il-petizzjonijiet li ġejjin, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn taħt, ġew mgħoddija lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 215(6) tar-Regoli ta' Proċedura:
Il-President, fid-data tal-5 ta' Novembru 2015, skont l-Artikolu 215(13) tar-Regoli ta' Proċedura, irrefera lill-kumitat responsabbli petizzjoni li waslet għand il-Parlament Ewropew, mibgħuta minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li la jkunu ċittadini tal-Unjoni Ewropea u lanqas ikunu residenti fi Stat Membru, u lanqas ma jkollhom l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru.