Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 11 ta' Novembru 2015 - Brussell

13. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduta plenarja novembre I 2015 (PE 571.350/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp ECR biex jipposponi għas-sessjoni parzjali ta' Novembru II id-dibattiti dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-”Prattika tar-rata żero“ (punt 10 tal-PDOJ), u jissostitwihom bid-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-”Kunsill “Kompetittività" tad-9 ta' Novembru dwar l-industrija tal-azzar".

Interventi ta': Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifikat it-talba u talbet li din titressaq għal votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet, Notis Marias, favur it-talba, u Enrique Guerrero Salom, kontriha.

Permezz ta' VSI (112 favur, 301 kontra, 5 astensjonijiet), il-Parlament ċaħad it-talba.

Bi qbil mal-gruppi politiċi, it-titolu tal-ewwel punt fl-aġenda ġie mmodifikat kif ġej: "Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni – Il-pakkett tas-Semestru Ewropew - Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016".

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza