Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
— Marine Le Pen, l-ewwel dwar din il-kwistjoni, u mbagħad biex tiddeplora t-twettiq tas-sessjoni attwali fl-anniversarju tal-Armistizju tal-11 ta' Novembru 1918 u biex tistieden lid-deputati Franċiżi jħallu l-emiċiklu b'turija ta' protesta,
— Guy Verhofstadt, dwar l-intervent ta' Marine Le Pen,
— Michael Cramer, dwar il-kwistjoni mqajma minn Anna Maria Corazza Bildt,
— Franz Obermayr, dwar it-twettiq tas-sessjoni, u
— Jean-Luc Mélenchon dwar l-Armistizju tal-11 ta' Novembru 1918.
16.1. Soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA2) - L-interoperabbiltà bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku [COM(2014)0367 - C8-0037/2014- 2014/0185(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Carlos Zorrinho (A8-0225/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
— Wim van de Camp u Marian-Jean Marinescu f'isem il-Grupp PPE;
— Ismail Ertug f'isem il-Grupp S&D;
— Gesine Meissner, Pavel Telička, Dominique Riquet, Ramon Tremosa i Balcells, Matthijs van Miltenburg, Izaskun Bilbao Barandica u Philippe De Backer f'isem il-Grupp ALDE.
Curzio Maltese ppreżenta emenda orali għall-Paragrafu 17, li ma ġietx milqugħa, billi opponewha aktar minn 40 deputat.
16.3. Ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea (votazzjoni)
Rapport dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea [2015/2035(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteurs: Danuta Maria Hübner u Jo Leinen (A8-0286/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)