L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Novembru II 2015 (PE 571.857/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jingħalaq id-dibattitu dwar Strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (punt 79 tal-PDOJ) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.
Interventi ta': Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Fredrick Federley, favur it-talba, u Michèle Alliot-Marie, kontra t-talba.
mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 24 ta' Novembru, 12:00
emendi u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 25 ta' Novembru, 12:00
emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 25 ta' Novembru, 13:00
talbiet għal votazzjonijiet separati u għal votazzjonijiet maqsumin: l-Erbgħa 25 ta' Novembru, 19:00.
It-Tlieta
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiġi posposta għall-Ħamis il-votazzjoni dwar ir-Rapport Ferreira – Theurer dwar Deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (A8-0317/2015) (punt 23 tal-PDOJ), jekk il-mandat tal-Kumitat Speċjali TAXE mhux se jiġi prorogat.
Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba, Fabio De Masi, favur it-talba, Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, u Peter Simon f'isem il-Grupp S&D, dawn l-aħħar tnejn biex jassiguraw li l-gruppi rispettivi tagħhom jappoġġaw il-proroga tal-mandat tal-Kumitat TAXE.