Indiċi 
Minuti
PDF 235kWORD 171k
It-Tnejn, 23 ta' Novembru 2015 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 4.Kompożizzjoni tal-Parlament
 5.Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari
 6.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Dokumenti mressqa
 8.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 9.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 10.Ordni tal-ħidma
 11.Is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp fid-dawl tal-10 Konferenza Ministerjali tad-WTO (dibattitu)
 12.Drittijiet tal-Bniedem fin-negozjati kummerċjali UE-Vjetnam (dibattitu)
 13.Adeżjoni tal-Ekwador għall-Ftehim Kummerċjali UE-Kolombja u Perù (dibattitu)
 14.Strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (dibattitu)
 15.It-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal (preżentazzjoni qasira)
 16.Il-politika ta' koeżjoni u l-komunitajiet emarġinati (preżentazzjoni qasira)
 17.Ir-rwol tal-UE fin-NU - kif jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-politika barranija (preżentazzjoni qasira)
 18.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 19.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 20.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.05.


2. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni dwar l-attentati terroristiċi li laqtu lil Pariġi fit-13 ta' Novembru 2015 u lil Bamako fl-20 ta' Novembru 2015.

Il-Parlament osserva minuta silenzju fi tfakkira tal-vittmi tat-terroriżmu.

Il-President fakkar lill-ex Kanċillier Ġermaniż Helmut Schmidt, li miet fl-10 ta' Novembru 2015.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


4. Kompożizzjoni tal-Parlament

Marek Józef Gróbarczyk u Dawid Bohdan Jackiewicz inħatru bħala membri tal-Gvern Pollakk. Il-Parlament ħa nota li, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, din il-funzjoni hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u kkonstata tal-vakanza tas-siġġijiet tagħhom li tiddekorri mis-16 ta' Novembru 2015.


5. Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari

L-awtoritajiet Pollakki kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Bolesław G. Piecha fl-ambitu ta' proċediment mibdi minħabba ksur ta' natura amministrattiva.

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 25 ta' Novembru 2015 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor (00053/2015/LEX - C8-0365/2015 - 2015/0090(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (00041/2015/LEX - C8-0364/2015 - 2014/0017(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, u li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (00035/2015/LEX - C8-0363/2015 - 2013/0264(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (00045/2015/LEX - C8-0362/2015 - 2014/0217(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (00038/2015/LEX - C8-0361/2015 - 2013/0435(COD));

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (00052/2015/LEX - C8-0360/2015 - 2014/0185(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (00065/2015/LEX - C8-0359/2015 - 2013/0246(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE (00037/2015/LEX - C8-0356/2015 - 2014/0096(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (00042/2015/LEX - C8-0355/2015 - 2013/0442(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (00066/2015/LEX - C8-0343/2015 - 2013/0309(COD)).


7. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (DRV) fil-Latvja (13060/2015 - C8-0338/2015 - 2015/0813(CNS))

irriferut

responsabbli:

LIBE

opinjoni:

JURI

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 għall-baġit ġenerali għall-2015: Riżorsi Proprji u Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data - Pożizzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2015 (13439/2015 - C8-0341/2015 - 2015/2269(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (12773/2015 - C8-0354/2015 - 2015/0229(NLE))

irriferut

responsabbli:

PECH

opinjoni:

DEVE, BUDG

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport dwar ir-rapporti annwali 2012-2013 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (2014/2252(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Sajjad Karim (A8-0301/2015)

- Rapport dwar ir-rwol tal-UE fin-NU - kif jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-politika barranija (2015/2104(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Paavo Väyrynen (A8-0308/2015)

- Rapport dwar l-iżvilupp ta' Industrija Ewropea sostenibbli tal-metalli komuni (2014/2211(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Edouard Martin (A8-0309/2015)

- Rapport dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal (2014/2237(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Inês Cristina Zuber (A8-0310/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi, li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali] u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (COM(2014)0180 - C7-0109/2014 - 2014/0100(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Martin Häusling (A8-0311/2015)

- Rapport dwar il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020 (2015/2107(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Ole Christensen (A8-0312/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 (COM(2014)0724 - C8-0283/2014 - 2014/0346(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0313/2015)

- Abbozz ta' rapport dwar il-politika ta' koeżjoni u l-komunitajiet emarġinati (2014/2247(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Terry Reintke (A8-0314/2015)

- ***I Rapport supplimentari dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar medjazzjoni fl-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (COM(2012)0360 - C7-0180/2012 - 2012/0175(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Werner Langen (A8-0315/2015)

- Rapport dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tar-reklutaġġ ta' ċittadini Ewropej minn organizzazzjonijiet terroristiċi (2015/2063(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Rachida Dati (A8-0316/2015)

- Rapport dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (2015/2066(INI)) - Kumitat TAXE - Rapporteurs: Elisa Ferreira, Michael Theurer (A8-0317/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (07134/2015 - C8-0323/2015 - 2015/0036(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Carlos Iturgaiz (A8-0318/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-finijiet ta' pagament tal-avvanzi fil-qafas tal-baġit 2016 (COM(2015)0281 - C8-0133/2015 - 2015/2123(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Lefteris Christoforou (A8-0335/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati, f'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2015)0514 - C8-0308/2015 - 2015/2264(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: José Manuel Fernandes (A8-0336/2015)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Riżorsi proprji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (13439/2015 - C8-0341/2015 - 2015/2269(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0337/2015)

3) mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

- Proċedura baġitarja 2016 - Dokument ta' konċiljazzjoni - Test komuni (14195/2015 - C8-0353/2015 - 2015/2132(BUD))

4) mid-Delegazzjoni Parlamentari fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

- Rapport dwar l-abbozz konġunt ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (11706/2015 - C8-0274/2015 - 2015/2132(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: Gérard Deprez, José Manuel Fernandes (A8-0333/2015)


8. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   (O-000126/2015) imressqa minn Iratxe García Pérez, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: L-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa fl-UE (2015/2855(RSP)) (B8-1105/2015);

—   (O-000116/2015) imressqa minn Bernd Lange u Marietje Schaake, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Id-drittijiet tal-bniedem fin-negozjati bejn l-UE u l-Vjetnam (2015/2821(RSP)) (B8-1106/2015);

—   (O-000141/2015) imressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (2015/2957(RSP)) (B8-1107/2015);

—   (O-000147/2015) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kummissjoni: Edukazzjoni għal tfal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet imtawla (2015/2977(RSP)) (B8-1108/2015).


9. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Ġunju I u II, u Lulju 2015 huma disponibbli fuq is-sit Europarl.


10. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Novembru II 2015 (PE 571.857/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jingħalaq id-dibattitu dwar Strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (punt 79 tal-PDOJ) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.

Interventi ta': Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Fredrick Federley, favur it-talba, u Michèle Alliot-Marie, kontra t-talba.

B'VE (149 favur, 139 kontra, 40 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Dawn l-iskadenzi għat-tressiq ġew stabbiliti:

mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 24 ta' Novembru, 12:00

emendi u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 25 ta' Novembru, 12:00

emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 25 ta' Novembru, 13:00

talbiet għal votazzjonijiet separati u għal votazzjonijiet maqsumin: l-Erbgħa 25 ta' Novembru, 19:00.

It-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiġi posposta għall-Ħamis il-votazzjoni dwar ir-Rapport Ferreira – Theurer dwar Deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (A8-0317/2015) (punt 23 tal-PDOJ), jekk il-mandat tal-Kumitat Speċjali TAXE mhux se jiġi prorogat.

Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba, Fabio De Masi, favur it-talba, Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, u Peter Simon f'isem il-Grupp S&D, dawn l-aħħar tnejn biex jassiguraw li l-gruppi rispettivi tagħhom jappoġġaw il-proroga tal-mandat tal-Kumitat TAXE.

Philippe Lamberts irtira t-talba tiegħu.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


11. Is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp fid-dawl tal-10 Konferenza Ministerjali tad-WTO (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp fid-dawl tal-10 Konferenza Ministerjali tad-WTO (2015/2632(RSP))

Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

PRESIDENZA: Dimitrios PAPADIMOULIS
Viċi President

Interventi ta': Pablo Zalba Bidegain f'isem il-Grupp PPE, Bernd Lange f'isem il-Grupp S&D, Emma McClarkin f'isem il-Grupp ECR, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' James Carver, Hannu Takkula f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Klaus Buchner f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, William (The Earl of) Dartmouth f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Christofer Fjellner, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, Davor Ivo Stier, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Hans-Olaf Henkel, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Dita Charanzová, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Lola Sánchez Caldentey, Tiziana Beghin, Santiago Fisas Ayxelà, David Martin, Jarosław Wałęsa, Nicola Danti, Christofer Fjellner, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' João Ferreira, Alessia Maria Mosca, Bogdan Brunon Wenta u Pedro Silva Pereira.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Paul Rübig, Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Maria Lidia Senra Rodríguez.

Intervent ta': Cecilia Malmström.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Bernd Lange u Pablo Zalba Bidegain, f'isem il-Kumitat INTA, dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp fid-dawl tal-10 Konferenza Ministerjali tad-WTO (2015/2632(RSP)) (B8-1230/2015).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.4 tal-Minuti ta' 26.11.2015.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President


12. Drittijiet tal-Bniedem fin-negozjati kummerċjali UE-Vjetnam (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000116/2015) imressqa minn Bernd Lange u Marietje Schaake, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Id-drittijiet tal-bniedem fin-negozjati bejn l-UE u l-Vjetnam (2015/2821(RSP)) (B8-1106/2015)

Bernd Lange daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.

Interventi ta': Santiago Fisas Ayxelà f'isem il-Grupp PPE, Alessia Maria Mosca f'isem il-Grupp S&D, Joachim Starbatty f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, Christofer Fjellner, David Martin, Julie Girling, Barbara Lochbihler, Ignazio Corrao, Notis Marias, dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari waqt is-sessjonijiet plenarji ta' Strasburgu (il-President ħadet nota ta' dan), Pedro Silva Pereira, Jan Zahradil u Neena Gill.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Csaba Sógor, Doru-Claudian Frunzulică u Miroslav Mikolášik.

Intervent ta': Cecilia Malmström.

Id-dibattitu ngħalaq.


13. Adeżjoni tal-Ekwador għall-Ftehim Kummerċjali UE-Kolombja u Perù (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Adeżjoni tal-Ekwador għall-Ftehim Kummerċjali UE-Kolombja u Perù (2015/2656(RSP))

Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Santiago Fisas Ayxelà f'isem il-Grupp PPE, Bernd Lange f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Gabriel Mato, Ramón Jáuregui Atondo, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández u Nicola Danti.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Miroslav Mikolášik, Notis Marias u Ivan Jakovčić.

Intervent ta': Cecilia Malmström.

Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni li għandha titressaq bi qbil mal-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se titħabbar aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.5 tal-Minuti ta' 26.11.2015.


14. Strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000141/2015) imressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (2015/2957(RSP)) (B8-1107/2015)

Czesław Adam Siekierski daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Paolo De Castro f'isem il-Grupp S&D, James Nicholson f'isem il-Grupp ECR, Fredrick Federley f'isem il-Grupp ALDE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Albert Deß f'isem il-Grupp PPE, Keith Taylor f'isem il-Grupp Verts/ALE, John Stuart Agnew f'isem il-Grupp EFDD, Dominique Bilde f'isem il-Grupp ENF, Elisabeth Köstinger, Jeppe Kofod, Janusz Wojciechowski, Ivan Jakovčić, Stefan Eck, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Albert Deß, Pascal Durand, Marco Zullo, Daniel Buda, Marlene Mizzi, Julie Girling, Josep-Maria Terricabras, Annie Schreijer-Pierik, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Peter Jahr, u Clara Eugenia Aguilera García.

PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI
Viċi President

Interventi ta': Zbigniew Kuźmiuk, Angélique Delahaye, Karin Kadenbach, Daniel Dalton, Franc Bogovič, Paul Brannen, Maria Noichl, Tibor Szanyi, Michela Giuffrida u Ricardo Serrão Santos.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Miroslav Mikolášik, Nicola Caputo, Notis Marias, Ulrike Müller, Miguel Viegas u Jonathan Arnott.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu bi qbil mal-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.6 tal-Minuti ta' 26.11.2015.


15. It-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal [2014/2237(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Inês Cristina Zuber (A8-0310/2015)

Inês Cristina Zuber għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Romana Tomc, Viorica Dăncilă, Ruža Tomašić, Ivan Jakovčić, Laura Agea, Michaela Šojdrová, Maria Grapini u Patricija Šulin.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.6 tal-Minuti ta' 24.11.2015.


16. Il-politika ta' koeżjoni u l-komunitajiet emarġinati (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-politika ta' koeżjoni u l-komunitajiet emarġinati [2014/2247(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Terry Reintke (A8-0314/2015)

Terry Reintke għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Viorica Dăncilă, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Rosa D'Amato u Ruža Tomašić.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: 24 ta' Novembru 2015.


17. Ir-rwol tal-UE fin-NU - kif jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-politika barranija (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar ir-rwol tal-UE fin-NU - kif jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-politika barranija [2015/2104(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Paavo Väyrynen (A8-0308/2015)

Paavo Väyrynen għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Ivan Jakovčić, João Ferreira u James Carver.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: 24 ta' Novembru 2015.


18. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Deirdre Clune, Maria Grapini, Beatrix von Storch, Yana Toom, João Ferreira, Jordi Sebastià, Margot Parker, Ignazio Corrao, Dominique Bilde, Janusz Korwin-Mikke, Eva Paunova, Viorica Dăncilă, Angel Dzhambazki, Izaskun Bilbao Barandica, Josu Juaristi Abaunz, Tiziana Beghin, Romana Tomc, Jonás Fernández, Notis Marias, Jozo Radoš, Martina Anderson, Francesc Gambús, Tonino Picula, Pál Csáky, Claudia Tapardel, Csaba Sógor, Michaela Šojdrová, Jude Kirton-Darling, Claude Rolin u István Ujhelyi.


19. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 571.857/OJMA).


20. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.40.

Klaus Welle

Mairead McGuinness

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albrecht, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Androulakis, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Ashworth, Assis, Atkinson, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Benifei, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Brannen, Bresso, Briano, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buzek, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Costa, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danti, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, De Backer, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds Anneliese, Dodds Diane, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Epitideios, Erdős, Eriksson, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira Elisa, Ferreira João, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flanagan, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gáll-Pelcz, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Girauta Vidal, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Pons, Gosiewska, Goulard, de Graaff, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Grigule, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Händel, Hannan, Harkin, Häusling, Hautala, Hazekamp, Helmer, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kamall, Kammerevert, Kappel, Karas, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Koch, Kofod, Kölmel, Korwin-Mikke, Köster, Köstinger, Kouloglou, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Kudrycka, Kukan, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Landsbergis, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Le Pen Jean-Marie, Lewandowski, Lewer, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Loones, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAvan, McClarkin, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maeijer, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Maragall, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matias, Mato, Maullu, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Melior, Melo, Meszerics, Metsola, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monteiro de Aguiar, Montel, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Nagy, Nart, Negrescu, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, Nilsson, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Paunova, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Pittella, Plenković, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Preda, Pretzell, Preuß, Radev, Radoš, Rebega, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salini, Salvini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sebastià, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Spinelli, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stier, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tannock, Tapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Ţurcanu, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Valenciano, Valero, Valli, Vana, Van Bossuyt, Vandenkendelaere, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Voigt, Voss, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wojciechowski, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zanni, Zanonato, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Žitňanská, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zuber, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Bearder, Crowley, Engström, Konečná, Kyenge, Michels, Picierno, Trüpel, Winkler Hermann

Avviż legali - Politika tal-privatezza