Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 25 ta' Novembru 2015 - Strasburgu

5. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

Bi qbil mal-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjonijiet għat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni INF 9, 10, 11, 12, 13 u 14/2015.

Bi qbil mal-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjoni 4/2015 tal-Ombudsman Ewropew.

Bi qbil mal-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjoni DEC 1/2015 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Bi qbil mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat tal-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjoni DEC 31/2015, 33/2015, 34/2015, 37/2015 u 38/2015 - Taqsima III – Il-Kummissjoni.

Bi qbil mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bl-approvazzjoni tat-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet DEC 30/2015, 31/2015, 33/2015, 34/2015 u 38/2015 - Taqsima III – Il-Kummissjoni.

Bi qbil mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bl-approvazzjoni tat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet KESE DEC 1/2015 - Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Bi qbil mal-Artikolu 203(8) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bl-approvazzjoni tax-xiri tal-binja tad-Delegazzjoni tal-UE f'Tokyo.

Avviż legali - Politika tal-privatezza