(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.25. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)
PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF Viċi President
12. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Patricija Šulin informat li l-apparat tal-votazzjoni tagħha ma kienx ħadem waqt l-ewwel seba' votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet tal-ġurnata preċedenti (rapporti Claude Moraes (A8-0250/2015, A8-0251/2015 u A8-0252/2015), rapport Carlos Iturgaiz (A8-0318/2015), rapport Werner Langen (A8-0315/2015) u l-ewwel żewġ votazzjonijiet għar-rapport Inês Cristina Zuber (A8-0310/2015)).
István Ujhelyi kien preżenti iżda ismu ma deherx fir-reġistru.