L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Xabier Benito Ziluaga minflok Pablo Iglesias bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 25 ta' Novembru 2015.
L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' María Teresa Giménez Barbat minflok Fernando Maura Barandiarán bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 25 ta' Novembru 2015.
Bi qbil mal-Artikolu 13 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, u mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni ta' Xabier Benito Ziluaga u María Teresa Giménez Barbat li tiddekorri mill-25 ta' Novembru 2015.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ikunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Xabier Benito Ziluaga u María Teresa Giménez Barbat għandhom jidħlu fil-kariga tagħhom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u għandhom igawdu mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, kemm-il darba jkunu ffirmaw minn qabel id-dikjarazzjoni bil-miktub li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.