Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 26 ta' Novembru 2015 - Strasburgu

6. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari
Rapporti Verbatim

Il-President ħabbret, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċeviet mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (10373/1/2015 - C8-0351/2015 - 2013/0088(COD) - 13511/2015 - COM(2015)0589)
irriferut responsabbli: JURI

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal Parlament ewropew u tal-Kunsill biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati mMembri dwar it-trade marks (Riformulazzjoni) (10374/1/2015 - C8-0352/2015 - 2013/0089(COD) - 13514/2015 - COM(2015)0588)
irriferut responsabbli: JURI

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 27 ta' Novembru 2015.

°
° ° °

Intervent ta': Inês Cristina Zuber dwar l-impossibilità li tressaq spjegazzjonijiet tal-vot dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 135 tar-Regoli ta' Proċedura.

Avviż legali - Politika tal-privatezza