13.3. Ftehim UE-Liechtenstein dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jistipula miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax [COM(2015)0395 - C8-0320/2015- 2015/0175(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sander Loones (A8-0334/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)