Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) [10373/1/2015 - C8-0351/2015 - 2013/0088(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0354/2015)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (riformulazzjoni) [10374/1/2015 - C8-0352/2015 - 2013/0089(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0355/2015)
Cecilia Wikström ippreżentat ir-rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari.
Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Pavel Svoboda f'isem il-Grupp PPE, Evelyn Regner f'isem il-Grupp S&D, Jiří Maštálka f'isem il-Grupp GUE/NGL, Max Andersson f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Ferrara f'isem il-Grupp EFDD, Tadeusz Zwiefka, li ddeplora l-fatt li ġiet ipprogrammata laqgħa tal-Kumitat JURI fl-istess ħin bħal dan id-dibattitu (Il-President ħa nota ta' dan), Victor Negrescu u Angel Dzhambazki.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Notis Marias u Ivan Jakovčić.
Interventi ta': Elżbieta Bieńkowska u Cecilia Wikström.