Indiċi 
Minuti
PDF 269kWORD 218k
It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
 4.Verifika tal-kredenzjali
 5.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 6.Dikjarazzjoni bil-miktub (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 9.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 10.Dokumenti mressqa
 11.Ordni tal-ħidma
 12.Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija - Inlestu l-grilja elettrika tal-Ewropa għall-2020 (dibattitu)
 13.Trade mark tal-UE ***II - Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks ***II (dibattitu)
 14.Protezzjoni tal-vittmi tat-terroriżmu (dibattitu)
 15.Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603xT25 (dibattitu)
 16.L-implimentazzjoni tal-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress (dibattitu)
 17.Kooperazzjoni strateġika fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu bejn l-Emirati Għarab Magħquda u l-Europol (preżentazzjoni qasira)
 18.PKS ġdida: struttura għall-miżuri tekniċi u l-pjanijiet pluriennali (preżentazzjoni qasira)
 19.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 20.Talba għal awtorizzazzjoni
 21.Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari
 22.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 23.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA
 Anness 1 - Investiment fit-tfal (dikjarazzjoni bil-miktub)


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.


2. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President jifraħ bil-ftehim storiku li ntlaħaq f'Pariġi nhar it-12 ta' Diċembru 2015, fi tmiem il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Unit dwar it-tibdil fil-klima, il-COP21.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti

Il-Minuti tas-seduti tad-dati 26 ta' Novembru 2015 u 2 ta' Diċembru 2015 ġew approvati.

°
° ° °

Herbert Dorfmann kien preżenti għas-seduta ta' 26 ta' Novembru 2015 imma ismu ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.


4. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandat ta' María Teresa Giménez Barbat b'effett mid-data 25 ta' Novembru 2015.


5. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 16 ta' Diċembru 2015 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bożnija-Ħerzegovina (00067/2015/LEX - C8-0399/2015 - 2014/0197(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (00062/2015/LEX - C8-0398/2015 - 2011/0901B(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (00040/2015/LEX - C8-0397/2015 - 2013/0403(COD));

- Direttiva tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Riformulazzjoni) (00070/2015/LEX - C8-0396/2015 - 2013/0089(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (00069/2015/LEX - C8-0395/2015 - 2013/0088(COD)).


6. Dikjarazzjoni bil-miktub (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President għarraf lill-Parlament li d-dikjarazzjoni bil-miktub li ġejja kisbet il-firem tal-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament:

Dikjarazzjoni bil-miktub nru 0042/2015 dwar l-investiment fit-tfal imressqa mill-Membri li ġejjin: Antonio López-Istúriz White, Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Jean Lambert, Julie Ward, Gabriele Zimmer, Mairead McGuinness, Jana Žitňanská, Filiz Hyusmenova, Vilija Blinkevičiūtė u Nathalie Griesbeck.

Konformement mal-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din id-dikjarazzjoni bil-miktub hija ppubblikata f'dawn il-Minuti, bl-ismijiet tal-firmatarji (Anness 1 tal-Minuti ta' 14.12.2015).


7. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat BUDG u l-Kumitat CONT biex ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat (C(2015)07555) tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2015/2939(DEA)) (B8-1336/2015)

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat BUDG u l-Kumitat CONT biex ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 110/2014 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2015/2940(DEA)) (B8-1337/2015)

Jekk tali rakkomandazzjonijiet ma jkunux is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' almenu erbgħin Membru sa terminu ta' erbgħa u għoxrin siegħa, jitqiesu approvati. Fil-każ kuntrarju, se jiġu sottoposti għal votazzjoni.

Ir-rakkomandazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit Europarl għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.


8. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-000146/2015) imressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, u Pavel Svoboda, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: Privattivi u drittijiet ta' min Inissel il-Pjanti (2015/2981(RSP)) (B8-1112/2015);

- (O-000152/2015) imressqa minn Roberto Gualtieri, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa (2015/2936(RSP)) (B8-1113/2015).


9. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Lulju u tal-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati matul is-sessjonijiet parzjali ta' Settembru I u II huma disponibbli fuq is-sit Europarl.


10. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (COM(2015)0750 - C8-0358/2015 - 2015/0269(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

IMCO

opinjoni:

AFET, LIBE, INTA

- Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-18 ta’ Diċembru 1997, magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (COM(2015)0556 - C8-0376/2015 - 2015/0261(NLE))

irriferut

responsabbli:

IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (11634/2015 - C8-0377/2015 - 2015/0152(NLE))

irriferut

responsabbli:

PECH

opinjoni:

DEVE, BUDG

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2015)0595 - C8-0382/2015 - 2015/0275(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

ENVI

opinjoni:

ITRE, JURI, ECON

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (COM(2015)0593 - C8-0383/2015 - 2015/0272(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

ENVI

opinjoni:

ITRE

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f’terraferma (COM(2015)0594 - C8-0384/2015 - 2015/0274(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

ENVI

opinjoni:

ITRE

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (COM(2015)0596 - C8-0385/2015 - 2015/0276(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

ENVI

opinjoni:

ITRE, JURI, ECON

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (kodifikazzjoni) (COM(2015)0616 - C8-0388/2015 - 2015/0283(COD))

irriferut

responsabbli:

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (12095/2015 - C8-0390/2015 - 2015/0201(NLE))

irriferut

responsabbli:

LIBE

opinjoni:

AFET

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta’ Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07195/2015 - C8-0146/2015 - 2015/0056(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0320/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (07187/2015 - C8-0145/2015 - 2015/0060(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0321/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (07189/2015 - C8-0143/2015 - 2015/0050(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0322/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07196/2015 - C8-0151/2015 - 2015/0054(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0323/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07185/2015 - C8-0124/2015 - 2015/0062(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0324/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Vincent u l-Grenadini dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07191/2015 - C8-0148/2015 - 2015/0061(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0325/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Grenada dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07190/2015 - C8-0144/2015 - 2015/0057(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0326/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07194/2015 - C8-0147/2015 - 2015/0058(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0327/2015)

- Rapport dwar PKS ġdida: struttura tal-miżuri tekniċi u l-pjanijiet multiannwali (2015/2092(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0328/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07192/2015 - C8-0149/2015 - 2015/0052(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0329/2015)

- Rapport dwar il-ksib tal-mira ta' 10 % għall-interkonnessjoni elettrika – Inlestu l-grilja elettrika tal-Ewropa għall-2020 (2015/2108(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Peter Eriksson (A8-0330/2015)

- Rapport Esportazzjoni tal-armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (2015/2114(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Bodil Valero (A8-0338/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (05432/2015 - C8-0062/2015 - 2013/0440(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Barbara Lochbihler (A8-0339/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13079/2014 - C8-0282/2014 - 2014/0222(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Sandra Kalniete (A8-0340/2015)

- Rapport dwar Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija (2015/2113(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Marek Józef Gróbarczyk (A8-0341/2015)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (2015/2096(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Barbara Lochbihler (A8-0342/2015)

- Rapport dwar ir-Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2014 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2015/2229(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0344/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Arranġament mal-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (18079/2013 - C8-0027/2014 - 2013/0422(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Roberta Metsola (A8-0345/2015)

- * Rapport dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (N8-0080/2015 - C8-0315/2015 - 2015/0905(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0346/2015)

- *Rapport dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) (N8-0078/2015 - C8-0313/2015 - 2015/0903(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0347/2015)

- * Rapport dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) (N8-0079/2015 - C8-0314/2015 - 2015/0904(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0348/2015)

- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni (2015/2010(INL)) - Kumitat ECON - Rapporteurs: Anneliese Dodds, Luděk Niedermayer (A8-0349/2015)

- Rapport dwar ir-relazzjonijiet UE-Ċina (2015/2003(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Bas Belder (A8-0350/2015)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu bejn l-Emirati Għarab Magħquda u l-Europol (10510/2015 - C8-0275/2015 - 2015/0809(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Alessandra Mussolini (A8-0351/2015)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Europol (10509/2015 - C8-0276/2015 - 2015/0808(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Lorenzo Fontana (A8-0352/2015)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Memorandum ta' Qbil bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u l-Eurojust (11595/2015 - C8-0303/2015 - 2015/0811(CNS)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0353/2015)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Stelios Kouloglou (2015/2239(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0356/2015)

- * Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (COM(2015)0447 - C8-0277/2015 - 2015/0204(NLE)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: Janusz Lewandowski, Gérard Deprez (A8-0357/2015)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos (2015/2238(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0358/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/005 - FI/Computer Programming, ippreżentata mill-Finlandja) (C8-0332/2015 - 2015/2298(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Marco Zanni (A8-0362/2015)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/006 - IE/PWA International, ippreżentata mill-Irlanda) (C8-0329/2015 - 2015/2295(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Victor Negrescu (A8-0363/2015)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) (10373/1/2015 - C8-0351/2015 - 2013/0088(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0354/2015)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (riformulazzjoni) (10374/1/2015 - C8-0352/2015 - 2013/0089(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0355/2015)


11. Ordni tal-ħidma

Il-President avża li talab lill-gruppi politiċi biex, abbażi tal-Artikolu 175 tar-Regoli ta' Proċdura, inaqqsu l-għadd ta' emendi mressqa fit-seduta plenarja rigward ir-rapport Gróbarczyk previst għall-ħin tal-votazzjonijiet ta' nhar it-Tlieta (punt 27 PDOJ), u stieden lill-gruppi politiċi jeżaminaw il-possibilità li jnaqqsu ulterjorment l-għadd ta' votazzjonijiet maqsumin u separati.

Interventi ta': Claude Turmes u Barbara Kappel dwar l-istess suġġett.

L-abbozz definittiv tal-aġenda ta' din is-sessjoni parzjali (PE 573.461/PDOJ) tqassam. Ma kinux proposti bidliet.

L-aġenda b'hekk ġiet iffinalizzata.


12. Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija - Inlestu l-grilja elettrika tal-Ewropa għall-2020 (dibattitu)

Rapport dwar Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija [2015/2113(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Marek Józef Gróbarczyk (A8-0341/2015)

Rapport dwar il-ksib tal-mira ta' 10 % għall-interkonnessjoni elettrika – Inlestu l-grilja elettrika tal-Ewropa għall-2020 [2015/2108(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Peter Eriksson (A8-0330/2015)

Evžen Tošenovský (minflok ir-rapporteur) ippreżenta r-rapport.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Peter Eriksson ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Ana Gomes (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Henna Virkkunen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), András Gyürk f'isem il-Grupp PPE, Flavio Zanonato f'isem il-Grupp S&D, Ian Duncan f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jude Kirton-Darling, Morten Helveg Petersen f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Maria Grapini u Tibor Szanyi, Neoklis Sylikiotis f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Barbara Kappel, Claude Turmes f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Zoltán Balczó, Dario Tamburrano f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Béla Kovács Membru mhux affiljat, Bendt Bendtsen, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Milan Zver, Soledad Cabezón Ruiz, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Peter Eriksson, Hans-Olaf Henkel, Pavel Telička, Cornelia Ernst, David Coburn, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Claude Turmes, Jean-Luc Schaffhauser, Janusz Korwin-Mikke, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Peter Eriksson, Françoise Grossetête, Dan Nica, Anneleen Van Bossuyt, Nils Torvalds, Auke Zijlstra, Jerzy Buzek, Miroslav Poche u Jadwiga Wiśniewska.

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Interventi ta': Pilar del Castillo Vera, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Peter Eriksson, Jeppe Kofod, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jadwiga Wiśniewska, Marian-Jean Marinescu, Theresa Griffin, Lefteris Christoforou, Csaba Molnár, Maria Spyraki, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jadwiga Wiśniewska, Adam Gierek, Lara Comi, Martina Werner u Krišjānis Kariņš.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Nicola Caputo, Notis Marias, Izaskun Bilbao Barandica, Davor Škrlec, Eleftherios Synadinos, Brian Hayes, José Blanco López, Ruža Tomašić, Gesine Meissner, Claudia Tapardel u Julie Ward.

Interventi ta': Miguel Arias Cañete, Evžen Tošenovský u Peter Eriksson.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 4.21 tal-Minuti ta' 15.12.2015 u punt 4.22 tal-Minuti ta' 15.12.2015.


13. Trade mark tal-UE ***II - Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks ***II (dibattitu)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) [10373/1/2015 - C8-0351/2015 - 2013/0088(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0354/2015)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (riformulazzjoni) [10374/1/2015 - C8-0352/2015 - 2013/0089(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0355/2015)

Cecilia Wikström ippreżentat ir-rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari.

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Pavel Svoboda f'isem il-Grupp PPE, Evelyn Regner f'isem il-Grupp S&D, Jiří Maštálka f'isem il-Grupp GUE/NGL, Max Andersson f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Ferrara f'isem il-Grupp EFDD, Tadeusz Zwiefka, li ddeplora l-fatt li ġiet ipprogrammata laqgħa tal-Kumitat JURI fl-istess ħin bħal dan id-dibattitu (Il-President ħa nota ta' dan), Victor Negrescu u Angel Dzhambazki.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Notis Marias u Ivan Jakovčić.

Interventi ta': Elżbieta Bieńkowska u Cecilia Wikström.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 4.16 tal-Minuti ta' 15.12.2015 u punt 4.17 tal-Minuti ta' 15.12.2015.


14. Protezzjoni tal-vittmi tat-terroriżmu (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Protezzjoni tal-vittmi tat-terroriżmu (2015/3019(RSP))

Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Teresa Jiménez-Becerril Barrio f'isem il-Grupp PPE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Caterina Chinnici f'isem il-Grupp S&D, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Maite Pagazaurtundúa Ruiz f'isem il-Grupp ALDE, Martina Anderson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFDD, Martina Anderson, biex tagħmel stqarrija personali b'segwitu għall-intervent ta' Gerard Batten, Lampros Fountoulis, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Juan Fernando López Aguilar, Helga Stevens u James Nicholson.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Brian Hayes.

Intervent ta': Teresa Jiménez-Becerril Barrio dwar l-attentat terroristiku kontra l-ambaxxata Spanjola f'Kabul, il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru 2015.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Izaskun Bilbao Barandica, Romana Tomc, Ivan Jakovčić u Franc Bogovič.

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Id-dibattitu ngħalaq.


15. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603xT25 (dibattitu)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2) jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill D041813/01) (2015/3006(RSP) (B8-1365/2015) - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà tal-Ikel. Rapporteur: Bart Staes

Bart Staes ippreżenta l-mozzjoni għal riżoluzzjoni.

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Renate Sommer f'isem il-Grupp PPE, Guillaume Balas f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Nils Torvalds f'isem il-Grupp ALDE, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Eleonora Evi f'isem il-Grupp EFDD, Georg Mayer f'isem il-Grupp ENF, György Hölvényi u Susanne Melior.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Karin Kadenbach, Notis Marias, Ivan Jakovčić, João Ferreira u Bronis Ropė.

Interventi ta': Elżbieta Bieńkowska u Bart Staes.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.7 tal-Minuti ta' 16.12.2015.


16. L-implimentazzjoni tal-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress (dibattitu)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress [2015/2042(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sven Schulze (A8-0331/2015)

Sven Schulze ppreżenta r-rapport.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Intervent ta': Inés Ayala Sender (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT).

PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI
Viċi President

Interventi ta': Romana Tomc f'isem il-Grupp PPE, Javi López f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, Inês Cristina Zuber f'isem il-Grupp GUE/NGL, Deirdre Clune u Elena Gentile.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly, Richard Howitt, Ivan Jakovčić, Liadh Ní Riada u Nicola Caputo.

Interventi ta': Věra Jourová u Sven Schulze.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 4.23 tal-Minuti ta' 15.12.2015.


17. Kooperazzjoni strateġika fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu bejn l-Emirati Għarab Magħquda u l-Europol (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu bejn l-Emirati Għarab Magħquda u l-Europol [10510/2015 - C8-0275/2015 - 2015/0809(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Alessandra Mussolini (A8-0351/2015)

Alessandra Mussolini għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Miguel Viegas u Ruža Tomašić.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 4.20 tal-Minuti ta' 15.12.2015.


18. PKS ġdida: struttura għall-miżuri tekniċi u l-pjanijiet pluriennali (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar PKS ġdida: struttura għall-miżuri tekniċi u l-pjanijiet pluriennali [2015/2092(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0328/2015)

Gabriel Mato għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Francisco José Millán Mon, Ricardo Serrão Santos, Ruža Tomašić, Werner Kuhn, Notis Marias, Seán Kelly u João Ferreira.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 4.24 tal-Minuti ta' 15.12.2015.


19. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Tomáš Zdechovský, Julie Ward, Ruža Tomašić, Marian Harkin, Lidia Senra Rodríguez, Ernest Maragall, Eleonora Evi, Harald Vilimsky, László Tőkés, Nicola Caputo, Angel Dzhambazki, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Liadh Ní Riada, Josep-Maria Terricabras, Barbara Kappel, Mihai Ţurcanu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Marcus Pretzell, Miguel Viegas, Dariusz Rosati, Afzal Khan, Seán Kelly, Jude Kirton-Darling, Csaba Sógor, Michaela Šojdrová u Stanislav Polčák.


20. Talba għal awtorizzazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti tal-Italja indirizzaw lill-President talba għal awtorizzazzjoni fl-ambitu ta' proċedura kriminali mibdija minn Gianluca Buonanno.

Din it-talba ġiet rriferuta lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament, kompetenti mill-materja.


21. Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari

L-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Hermann Winkler fl-ambitu tal-proċeduri preliminari.

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


22. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 573.461/OJMA).


23. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.50.

Klaus Welle

Adina-Ioana Vălean

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albrecht, Aliot, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Androulakis, Annemans, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Balz, Bashir, Batten, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Belder, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Berès, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buda, Bullmann, Buşoi, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Caputo, Carver, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danti, De Backer, De Castro, Deli, Delli, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds Anneliese, Dodds Diane, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Epitideios, Erdős, Eriksson, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira Elisa, Ferreira João, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Flanagan, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Giménez Barbat, Girling, Giuffrida, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Pons, Gosiewska, Goulard, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Händel, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Helmer, Henkel, Hetman, Heubuch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Huitema, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Kłosowski, Kofod, Kölmel, Korwin-Mikke, Köster, Köstinger, Kouloglou, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Lamassoure, Lambert, Lambsdorff, Landsbergis, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Lewer, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Loones, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, McAvan, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Maňka, Manscour, Maragall, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Mato, Maullu, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Melior, Melo, Messerschmidt, Meszerics, Metsola, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mizzi, Mlinar, Moisă, Molnár, Monot, Montel, Moraes, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Mosca, Müller, Mureşan, Mussolini, Nagy, Nart, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Ní Riada, Noichl, Novakov, Nuttall, O'Flynn, Olbrycht, Ożóg, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Papadakis Demetris, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Paşcu, Paunova, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picula, Piecha, Pietikäinen, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Pittella, Plenković, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Rangel, Ransdorf, Rebega, Regner, Reid, Reintke, Reul, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodust, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Saïfi, Salini, Salvini, Sander, Sant, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sebastià, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Spinelli, Spyraki, Staes, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stier, Stihler, Stolojan, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Tapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thomas, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urutchev, Uspaskich, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vana, Van Bossuyt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Wieland, Wikström, Willmott, Winberg, Wiśniewska, Wojciechowski, Woolfe, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zanonato, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zuber, Zver, Zwiefka

Skużati:

Beghin, Buchner, Crowley, Engström, Koch, Konečná, Lange, Le Pen Jean-Marie, Lösing, McClarkin, Obermayr, Picierno, Rodríguez-Piñero Fernández, Scholz, Takkula, Westphal, Winkler Hermann


Anness 1 - Investiment fit-tfal (dikjarazzjoni bil-miktub)

Dikjarazzjoni bil-miktub nru 0042/2015 imressqa mill-Membri Antonio López-Istúriz White, Anna Maria Corazza Bildt, Caterina Chinnici, Jean Lambert, Julie Ward, Gabriele Zimmer, Mairead McGuinness, Jana Žitňanská, Filiz Hyusmenova, Vilija Blinkevičiūtė u Nathalie Griesbeck, skont l-Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, dwar l-investiment fit-tfal1 (punt 6 tal-Minuti ta' 14.12.2015) u ffirmata minn 428 Membru.

Test tad-dikjarazzjoni bil-miktub:

1.   Wieħed minn kull ħamsa tal-popolazzjoni totali tal-UE huwa taħt 18-il sena.

2.   It-tfal u ż-żgħażagħ huma affettwati mill-faqar b'mod sproporzjonat. Anki qabel il-kriżi finanzjarja, il-livelli ta' faqar fost it-tfal kienu għolja b'mod mhux aċċettabbli. Minkejja l-impenji biex tissolva s-sitwazzjoni, aktar minn wieħed minn kull erbat itfal (27.7 %) issa qiegħed f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali fl-UE.

3.   Il-politiki makroekonomiċi jeħtieġu li jipproteġu lit-tfal u lill-familji tagħhom bħala prijorità politika u jiskansawhom mill-miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit.

4.   Għalhekk il-Kummissjoni qiegħda tissejjaħ sabiex tikkunsidra l-inklużjoni ta' indikatur speċifiku u vinkolanti fuq in-numru ta' tfal f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali fid-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

5.   Għandha titlob ukoll li l-Istati Membri kollha jintroduċu (sotto)miri nazzjonali speċifiċi biex jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-mira tat-tnaqqis tal-faqar tal-Ewropa 2020.

6.   Il-Kunsill qiegħed jissejjaħ biex iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw il-finanzjament mill-UE u kwalunkwe strument ieħor disponibbli sabiex jimplementaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 'Investiment fit-Tfal: Niksru ċ-Ċiklu tal-Iżvantaġġ'; u l-Kummissjoni għandha tfassal pjan direzzjonali u tadotta indikaturi tal-benesseri tat-tfal, f'konformità mar-Rakkomandazzjoni.

7.   Din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, se jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

____________

1 Skont l-Artikolu 136(4) u (5) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, jekk dikjarazzjoni tiġi ffirmata mill-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament, tiġi ppubblikata fil-minuti bl-ismijiet tal-firmatarji tagħha u tintbagħat lid-destinatarji, mingħajr madankollu ma torbot lill-Parlament.

Lista tal-firmatarji:

Isabella Adinolfi, Marco Affronte, Daniela Aiuto, Nedzhmi Ali, Martina Anderson, Eric Andrieu, Maria Arena, Pascal Arimont, Francisco Assis, Margrete Auken, Petras Auštrevičius, Inés Ayala Sender, Pilar Ayuso, Georges Bach, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Catherine Bearder, Beatriz Becerra Basterrechea, Ivo Belet, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, Izaskun Bilbao Barandica, Mara Bizzotto, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Andrea Bocskor, Franc Bogovič, Simona Bonafè, Michał Boni, David Borrelli, Biljana Borzan, Victor Boştinaru, Lynn Boylan, Paul Brannen, Mercedes Bresso, Renata Briano, Elmar Brok, Klaus Buchner, Daniel Buda, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Soledad Cabezón Ruiz, Alain Cadec, Wim van de Camp, Nicola Caputo, David Casa, Pilar del Castillo Vera, Jean-Marie Cavada, Lorenzo Cesa, Nessa Childers, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Kostas Chrysogonos, Salvatore Cicu, Alberto Cirio, Deirdre Clune, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Therese Comodini Cachia, Anna Maria Corazza Bildt, Ignazio Corrao, Silvia Costa, Andrea Cozzolino, Michael Cramer, Andi Cristea, Pál Csáky, Ryszard Czarnecki, Edward Czesak, Miriam Dalli, Rosa D'Amato, Seb Dance, Viorica Dăncilă, Nicola Danti, Rachida Dati, Paolo De Castro, Karima Delli, Mady Delvaux, Isabella De Monte, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, Marielle de Sarnez, Tamás Deutsch, Mircea Diaconu, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Anneliese Dodds, Ian Duncan, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Stefan Eck, Linnéa Engström, Georgios Epitideios, Cornelia Ernst, Ismail Ertug, Rosa Estaràs Ferragut, Jill Evans, Eleonora Evi, Tanja Fajon, José Inácio Faria, José Manuel Fernandes, Santiago Fisas Ayxelà, Knut Fleckenstein, Lampros Fountoulis, Eugen Freund, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ildikó Gáll-Pelcz, Francesc Gambús, Iratxe García Pérez, Enrico Gasbarra, Elena Gentile, Sven Giegold, Adam Gierek, Jens Gieseke, Juan Carlos Girauta Vidal, Charles Goerens, Ana Gomes, Tania González Peñas, Esteban González Pons, Beata Gosiewska, Giorgos Grammatikakis, Luis de Grandes Pascual, Maria Grapini, Nathalie Griesbeck, Theresa Griffin, Iveta Grigule, Françoise Grossetête, Enrique Guerrero Salom, Sylvie Guillaume, Antanas Guoga, Jytte Guteland, Sergio Gutiérrez Prieto, Takis Hadjigeorgiou, Thomas Händel, Marian Harkin, Heidi Hautala, Brian Hayes, Anna Hedh, Esther Herranz García, Maria Heubuch, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, György Hölvényi, Mary Honeyball, Richard Howitt, Danuta Maria Hübner, Ian Hudghton, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Iliana Iotova, Carlos Iturgaiz, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Yannick Jadot, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Ramón Jáuregui Atondo, Benedek Jávor, Danuta Jazłowiecka, Petr Ježek, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnes Jongerius, Marc Joulaud, Josu Juaristi Abaunz, Philippe Juvin, Kaja Kallas, Sandra Kalniete, Krišjānis Kariņš, Jan Keller, Seán Kelly, Afzal Khan, Jude Kirton-Darling, Jeppe Kofod, Kateřina Konečná, Ádám Kósa, Dietmar Köster, Stelios Kouloglou, Andrey Kovatchev, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Miapetra Kumpula-Natri, Kostadinka Kuneva, Zbigniew Kuźmiuk, Kashetu Kyenge, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Georgios Kyrtsos, Ilhan Kyuchyuk, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Philippe Lamberts, Gabrielius Landsbergis, Marju Lauristin, Giovanni La Via, Jérôme Lavrilleux, Jo Leinen, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Juan Fernando López Aguilar, Paloma López Bermejo, Antonio López-Istúriz White, Sabine Lösing, Olle Ludvigsson, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Krystyna Łybacka, David McAllister, Linda McAvan, Mairead McGuinness, Monica Macovei, Ivana Maletić, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Marian-Jean Marinescu, António Marinho e Pinto, David Martin, Edouard Martin, Fulvio Martusciello, Jiří Maštálka, Barbara Matera, Marisa Matias, Gabriel Mato, Stefano Maullu, Fernando Maura Barandiarán, Emmanuel Maurel, Costas Mavrides, Georg Mayer, Gesine Meissner, Nuno Melo, Tamás Meszerics, Roberta Metsola, Louis Michel, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Miroslav Mikolášik, Francisco José Millán Mon, Marlene Mizzi, Angelika Mlinar, Sorin Moisă, Csaba Molnár, Cláudia Monteiro de Aguiar, Claude Moraes, Nadine Morano, Luigi Morgano, Elisabeth Morin-Chartier, Alessia Maria Mosca, Ulrike Müller, Siegfried Mureşan, Alessandra Mussolini, József Nagy, Javier Nart, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Norica Nicolai, Angelika Niebler, Péter Niedermüller, Liadh Ní Riada, Lambert van Nistelrooij, Maria Noichl, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Stanisław Ożóg, Artis Pabriks, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Pier Antonio Panzeri, Massimo Paolucci, Demetris Papadakis, Dimitrios Papadimoulis, Ioan Mircea Paşcu, Aldo Patriciello, Eva Paunova, Piernicola Pedicini, Alojz Peterle, Morten Helveg Petersen, Marijana Petir, Pina Picierno, Tonino Picula, Georgi Pirinski, Julia Pitera, Gianni Pittella, Andrej Plenković, Marek Plura, Pavel Poc, Miroslav Poche, Salvatore Domenico Pogliese, Stanislav Polčák, Maurice Ponga, Tomasz Piotr Poręba, Soraya Post, Cristian Dan Preda, Gabriele Preuß, Emil Radev, Jozo Radoš, Miloslav Ransdorf, Laurenţiu Rebega, Julia Reda, Viviane Reding, Evelyn Regner, Michel Reimon, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Frédérique Ries, Dominique Riquet, Michèle Rivasi, Robert Rochefort, Liliana Rodrigues, Maria João Rodrigues, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Claude Rolin, Bronis Ropė, Fernando Ruas, Tokia Saïfi, Sofia Sakorafa, Massimiliano Salini, Lola Sánchez Caldentey, Anne Sander, Daciana Octavia Sârbu, Judith Sargentini, Petri Sarvamaa, Jacek Saryusz-Wolski, David-Maria Sassoli, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Elly Schlein, Helmut Scholz, Annie Schreijer-Pierik, Sven Schulze, Molly Scott Cato, Jordi Sebastià, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Lidia Senra Rodríguez, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Pedro Silva Pereira, Siôn Simon, Davor Škrlec, Monika Smolková, Csaba Sógor, Michaela Šojdrová, Igor Šoltes, Renato Soru, Barbara Spinelli, Maria Spyraki, Bart Staes, Sergei Stanishev, Ivan Štefanec, Jutta Steinruck, Jaromír Štětina, Helga Stevens, Davor Ivo Stier, Catherine Stihler, Dubravka Šuica, Patricija Šulin, Pavel Svoboda, Neoklis Sylikiotis, Eleftherios Synadinos, Tibor Szanyi, Adam Szejnfeld, Antonio Tajani, Hannu Takkula, Claudia Tapardel, Marc Tarabella, Indrek Tarand, Keith Taylor, Pavel Telička, Josep-Maria Terricabras, Eleni Theocharous, Patrizia Toia, László Tőkés, Valdemar Tomaševski, Ruža Tomašić, Romana Tomc, Yana Toom, Estefanía Torres Martínez, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, István Ujhelyi, Traian Ungureanu, Ernest Urtasun, Vladimir Urutchev, Viktor Uspaskich, Inese Vaidere, Ivo Vajgl, Ramón Luis Valcárcel Siso, Adina-Ioana Vălean, Bodil Valero, Marco Valli, Ángela Vallina, Monika Vana, Kathleen Van Brempt, Tom Vandenkendelaere, Derek Vaughan, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Daniele Viotti, Henna Virkkunen, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Julie Ward, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Bogdan Brunon Wenta, Cecilia Wikström, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Jadwiga Wiśniewska, Janusz Wojciechowski, Theodoros Zagorakis, Pablo Zalba Bidegain, Flavio Zanonato, Tatjana Ždanoka, Tomáš Zdechovský, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Roberts Zīle, Gabriele Zimmer, Jana Žitňanská, Kosma Złotowski, Damiano Zoffoli, Milan Zver, Tadeusz Zwiefka.

Avviż legali - Politika tal-privatezza