Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 16 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu

4. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-AnnessIII tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2015)08393 - 2015/3009(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 2 ta' Diċembru 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2015/63 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni (C(2015)08835 - 2015/3028(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Diċembru 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-prospett u t-tixrid tar-reklamar u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 ) (C(2015)08379 – 2015/3001(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Novembru 2015
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahar fuq talba tal-Kunsill.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Avviż legali - Politika tal-privatezza