Bi qbil mal-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Konferenza tal-Presidenti rċeviet talba, ippreżentata minn 283 Membru biex jitwaqqaf kumitat ta' inkjesta rigward il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku.
Waqt il-laqgħa tagħha ta' llum waranofsinhar, il-Konferenza tal-Presidenti kkonstatat li t-talba kienet ġiet ippreżentata b'mod validu minn aktar minn kwart tal-Membri li jikkomponu l-Parlament u ddeċidiet li tressaq lill-plenarja proposta għal deċiżjoni dwar is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tal-kumitat ta' inkjesta.
Il-proposta għal deċiżjoni (B8-1424/2015) hi disponibbli fuq is-sit web Europarl.
Il-Parlament se jintalab jivvota fuq din il-proposta fil-bidu tal-ħin tal-votazzjonijiet ta' għada.
Terminu għat-tressiq tal-emendi għall-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti dwar id-daqs numeriku tal-kumitat ta' inkjesta: l-Erbgħa 16 ta' Diċembru 2015, 20.00.
Il-votazzjoni dwar in-nomini fi ħdan il-kumitat ta' inkjesta se ssir fid-data 19 ta' Jannar 2016.
° ° ° °
Intervent ta': Notis Marias dwar it-terminu li għandhom il-Membri fir-rigward tal-kumitat ta' inkjesta.