Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 20 ta' Jannar 2016 - Strasburgu

4. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċerti korpi pubbliċi ta' pajjiżi terzi u l-banek ċentrali, l-indikaturi ta' manipulazzjoni tas-suq, il-limiti ta' divulgazzjoni, l-awtorità kompetenti għan-notifiki ta' ttardjar, il-permess għal negozjar matul perjodi magħluqa u t-tipi ta' tranżazzjonijiet tal-amministraturi notifikabbli (C(2015)08943 - 2015/3038(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna ċerti aspetti ta’ kooperazzjoni bejn il-produtturi (C(2015)08948 - 2015/3030(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-15 ta' Diċembru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistipula l-prinċipji ġenerali u l-kriterji għall-istrateġija ta' investiment u regoli għall-amministrazzjoni tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (C(2015)09013 - 2015/3036(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Diċembru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward il-kriterji dwar il-kalkolu relatat ta' kontribuzzjonijiet ex-ante, u dwar iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista’ jkun parzjalment jew kompletament differit (C(2015)09016 - 2015/3039(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista u d-distribuzzjoni ta' frott u ħxejjex, frott u ħxejjex proċessati u prodotti tal-banana fil-qafas tal-Iskema tal-Frott u l-Ħxejjex għall-Iskejjel (C(2015)09064 - 2015/3040(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi tad-depożitarji (C(2015)09160 - 2015/3041(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/... (C(2015)09248 - 2015/3042(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2015

Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li temenda l-AnnessV tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-provi ta' kwalifiki formali u t-titli tal-korsijiet tat-taħriġ (C(2016)00001 - 2016/2525(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Jannar 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

Avviż legali - Politika tal-privatezza