5. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (D040865/02 - 2016/2501(RPS) - skadenza: 7 ta' April 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-korrużjoni jew tal-irritazzjoni tal-ġilda, tal-ħsara serja lill-għajnejn jew tal-irritazzjoni tal-għajnejn u tat-tossiċità akuta (D041721/03 - 2016/2506(RPS) - skadenza: 13 ta' April 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE, IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel permessi fil-kategoriji kollha tal-ikel (D042507/03 - 2016/2500(RPS) - skadenza: 24 ta' Frar 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala sustanza li żżid il-ħlewwa f'ċertu xarbiet b'enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud (D042508/03 - 2016/2516(RPS) - skadenza: 14 ta' Marzu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala ħlewwa fil-mustarda (D042509/03 - 2016/2512(RPS) - skadenza: 13 ta' Marzu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija ta' ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni (D042554/03 - 2016/2508(RPS) - skadenza: 12 ta' April 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D042559/03 - 2016/2510(RPS) - skadenza: 12 ta' April 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għaċ-ċjażofammid, għaċ-ċiklossidim, għall-aċidu diflworoaċetiku, għall-fenossikarb, għall-flumetralin, għall-fluwopikolid, għall-flupiradifuron, għall-flussapirossad, għall-kreżoksim-metil, għall-mandestrobin, għall-mepanipirim, għall-metalassil-M, għall-pendimetalin, u għat-teflutrina f'ċerti prodotti jew fuqhom (D042689/02 - 2016/2509(RPS) - skadenza: 13 ta' Marzu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-klorantraniliprol, iċ-ċiflumetofen, iċ-ċiprodinil, id-dimetomorf, id-ditijokarbamati, il-fenamidon, il-fluwopiram, il-flutolanil, l-imażamoks, il-metrafenon, il-miklobutanil, il-propikonażol, is-sedassan u l-ispirodiklofen f’ċerti prodotti jew fuqhom (D042721/02 - 2016/2531(RPS) - skadenza: 15 ta' Marzu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-atrażina f'ċerti prodotti jew fuqhom (D042722/02 - 2016/2511(RPS) - skadenza: 13 ta' Marzu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-kaptan, il-propikonażol u s-spirossammina f'ċerti prodotti jew fuqhom (D042723/02 - 2016/2513(RPS) - skadenza: 13 ta' Marzu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IV tar- Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), tal-karbur tal-kalċju, tal-jodur tal-potassju, tal-karbonat tal-idroġenu tas-sodju, tar-rescalure u tar-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 u tar-razza tal-Beauveria bassiana GHA f'ċerti prodotti jew fuqhom (D042746/02 - 2016/2505(RPS) - skadenza: 9 ta' Marzu 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-lingwa (D043090/01 - 2016/2507(RPS) - skadenza: 12 ta' April 2016) irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN