Bi qbil mal-gruppi politiċi, il-President ipproponiet li d-dibattitu dwar il-mistoqsija orali dwar il-ftuħ ta' negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Awstralja u n-New Zealand (punt 54 tal-aġenda) jingħalaq b'mozzjoni għal riżoluzzjoni li se tkun ivvotata waqt is-sessjoni parzjali ta' Frar I.
Intervent ta': Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex jipproponi li l-votazzjoni ssir waqt is-sessjoni parzjali ta' Frar II.