L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Frar I 2016 (PE 576.422/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Talba mill-Grupp ENF biex jiddaħħal dibattitu dwar "Il-propagazzjoni tal-virus Zika" bħala l-ewwel punt fl-aġenda ta' waranofsinhar.
Interventi ta': Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifikat it-talba, u Enrique Guerrero Salom, li talab li l-kwistjoni tiġi rriferuta minn qabel lill-kumitat kompetenti.
Il-Parlament approva din it-talba tal-aħħar.
Interventi ta': Viviane Reding, li insistiet biex ir-rapport A8-0009/2016 tagħha dwar "Negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)" jibqa' inkluż fil-ħin tal-votazzjonijiet ta' nhar l-Erbgħa, Manfred Weber, biex jappoġġa t-talba, u Richard Corbett u Edouard Ferrand dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 175 tar-Regoli ta' Proċedura.
Talba mill-Grupp GUE/NGL biex jiġu inklużi bħala r-raba' punt tad-diskussjoni konġunta ta' nhar it-Tlieta waranofsinhar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Żieda fil-mibegħda u l-vjolenza razzisti kontra r-rifuġjati u l-migranti madwar l-Ewropa".
Interventi ta': Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, Enrique Guerrero Salom, favur it-talba, u Olaf Stuger, kontra t-talba.
Permezz ta' VE (183 favur, 142 kontra, 27 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.
Pervenche Berès avżat li xtaqet tivvota favur fil-votazzjoni preċedenti.