Il-President, f'isem il-Parlament, ta ġieħ u fakkar lill-Membru tal-PE Miloslav Ransdorf.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
B'segwitu għall-mewt ta' Miloslav Ransdorf, il-Parlament ikkostata, bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li s-siġġu tiegħu hu battal b'seħħ mit-23 ta' Jannar 2016.
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti Portugiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' João Pimenta Lopes minflok Inês Cristina Zuber bħala Membru tal-Parlament, li għandha tidħol fis-seħħ mid-data 31 ta' Jannar 2016.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, João Pimenta Lopes jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
° ° ° °
Intervent ta': Birgit Sippel, dwar ir-rimarki li jidher li għamlu ċerti Membri fir-rigward tal-migranti (il-President wieġeb li mhux parti mill-kompetenzi tiegħu li jirreaġixxi għad-dikjarazzjonijiet li jsiru barra mill-Parlament).
5. Kompożizzjoni tal-kumitati
Il-President irċieva t-talba ta' ħatra li ġejja mill-grupp ECR:
Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku: Julie Girling minflok Remo Sernagiotto
Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
6. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (COM(2016)0007 - C8-0012/2016 - 2016/0002(COD))
irriferut
responsabbli :
LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2015/007 BE/Hainaut-Namur Glass) (COM(2016)0001 - C8-0013/2016 - 2016/2013(BUD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
EMPL, REGI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (COM(2015)0668 - C8-0405/2015 - 2015/0306(COD))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
DEVE, AFET
2) mill-kumitati parlamentari
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (08651/2015 - C8-0158/2015 - 2014/0358(NLE)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Giovanni La Via (A8-0001/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni tal-Emenda għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila dwar Metalli Tqal (08648/2015 - C8-0157/2015 - 2014/0359(NLE)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Giovanni La Via (A8-0002/2016)
- Rapport dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità (2015/2137(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Mark Demesmaeker (A8-0003/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (COM(2014)0032 - C7-0025/2014 - 2014/0014(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Marc Tarabella (A8-0006/2016)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-Ukrajna (11592/2015 - C8-0300/2015 - 2015/0810(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann (A8-0007/2016)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-Montenegro (11596/2015 - C8-0299/2015 - 2015/0812(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Nathalie Griesbeck (A8-0008/2016)
- Rapport li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) (2015/2233(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Viviane Reding (A8-0009/2016)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Florian Philippot (2015/2267(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0014/2016)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz (2015/2313(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0015/2016)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Robert Jarosław Iwaszkiewicz (2015/2240(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0016/2016)
7. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
— (O-000005/2016) imressqa minn Bernd Lange, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Ir-relazzjoni kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina u l-istatus ta' ekonomija tas-suq (2016/2514(RSP)) (B8-0102/2016);
— (O-000006/2016) imressqa minn Iratxe García Pérez, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: Strateġija Ġdida għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Drittijiet tan-Nisa wara l-2015 (2016/2526(RSP)) (B8-0103/2016);
— (O-000153/2015) imressqa minn Bernd Lange u Salvatore Cicu, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kunsill: Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasparenza f'Arbitraġġ ibbażat fuq Trattat, bejn l-Investituri u l-Istat (2015/2930(RSP)) (B8-0104/2016);
— (O-000012/2016) imressqa minn Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat REGI, lill-Kummissjoni: Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) (2015/3013(RSP)) (B8-0105/2016);
— (O-000013/2016) imressqa minn Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat REGI, lill-Kummissjoni: Il-kundizzjoni tal-insularità (2015/3014(RSP)) (B8-0106/2016)
— (O-000003/2016) imressqa minn Matthias Groote f'isem il-Grupp S&D, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, lill-Kummissjoni: Azzjoni tal-Kummissjoni biex tikkonforma mal-Kawża T-521/14 Svezja vs Kummissjoni (2016/2536(RSP)) (B8-0107/2016);
— (O-000011/2016) imressqa minn Bernd Lange u Christofer Fjellner, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Dispożizzjonijiet dwar l-żvilupp sostenibbli tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Afrika tal-Punent (2016/2554(RSP)) (B8-0108/2016).
8. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Frar I 2016 (PE 576.422/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Talba mill-Grupp ENF biex jiddaħħal dibattitu dwar "Il-propagazzjoni tal-virus Zika" bħala l-ewwel punt fl-aġenda ta' waranofsinhar.
Interventi ta': Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifikat it-talba, u Enrique Guerrero Salom, li talab li l-kwistjoni tiġi rriferuta minn qabel lill-kumitat kompetenti.
Il-Parlament approva din it-talba tal-aħħar.
Interventi ta': Viviane Reding, li insistiet biex ir-rapport A8-0009/2016 tagħha dwar "Negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)" jibqa' inkluż fil-ħin tal-votazzjonijiet ta' nhar l-Erbgħa, Manfred Weber, biex jappoġġa t-talba, u Richard Corbett u Edouard Ferrand dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 175 tar-Regoli ta' Proċedura.
Talba mill-Grupp GUE/NGL biex jiġu inklużi bħala r-raba' punt tad-diskussjoni konġunta ta' nhar it-Tlieta waranofsinhar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Żieda fil-mibegħda u l-vjolenza razzisti kontra r-rifuġjati u l-migranti madwar l-Ewropa".
Interventi ta': Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, Enrique Guerrero Salom, favur it-talba, u Olaf Stuger, kontra t-talba.
Permezz ta' VE (183 favur, 142 kontra, 27 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.
Pervenche Berès avżat li xtaqet tivvota favur fil-votazzjoni preċedenti.
L-Erbgħa, il-Ħamis
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
° ° ° °
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
9. Rapport Annwali għall-2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (dibattitu)
Rapport dwar ir-Rapport Annwali għall-2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew [2015/2115(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Notis Marias (A8-0012/2016)
Notis Marias ippreżenta r-rapport.
Interventi ta': Mario Draghi (President tal-Bank Ċentrali Ewropew) u Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).
PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI Viċi President
Interventi ta': Tom Vandenkendelaere f'isem il-Grupp PPE, Costas Mavrides f'isem il-Grupp S&D, Stanisław Ożóg f'isem il-Grupp ECR, Cora van Nieuwenhuizen f'isem il-Grupp ALDE, Fabio De Masi f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, Gerolf Annemans f'isem il-Grupp ENF, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Dariusz Rosati, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Peter van Dalen, Roberto Gualtieri, Sander Loones, Enrique Calvet Chambon, Dimitrios Papadimoulis, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jean-Luc Schaffhauser, Patrick O'Flynn, Bernard Monot, Theodor Dumitru Stolojan, Elisa Ferreira, Beatrix von Storch u Luke Ming Flanagan.
PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL SISO Viċi President
Interventi ta': Barbara Kappel, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jonathan Arnott, Eva Paunova, Pervenche Berès, Zbigniew Kuźmiuk, Thomas Mann, Peter van Dalen u Siegfried Mureşan.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ivana Maletić, Romana Tomc, Nicola Caputo, Bernd Lucke, Miguel Viegas, Peter Eriksson, Jonathan Arnott u Jean-Luc Schaffhauser.
Interventi ta': Valdis Dombrovskis, Mario Draghi u Notis Marias.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni:is-sessjoni parzjali li jmiss.
10. Rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) (dibattitu)
Rapport li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) [2015/2233(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Viviane Reding (A8-0009/2016)
Interventi ta': Thomas Händel (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Lola Sánchez Caldentey (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Alessia Maria Mosca (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Virginie Rozière (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Terry Reintke (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Wim van de Camp (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), David Borrelli (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Daniel Caspary f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Jude Kirton-Darling f'isem il-Grupp S&D, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Anne-Marie Mineur, Emma McClarkin f'isem il-Grupp ECR, li rrifjutat mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Stelios Kouloglou f'isem il-Grupp GUE/NGL, Julia Reda f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, Franz Obermayr f'isem il-Grupp ENF, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Jarosław Wałęsa, David Martin, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jonathan Arnott, Joachim Starbatty, Helmut Scholz, Max Andersson, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Arne Gericke, biex titlob modifika tal-aġenda sussegwentement għall-aktar inizzjattivi reċenti tad-WHO f'dak li jirrigwarda l-virus Zika (il-President ifakkar li s-suġġett diġà ġie trattat meta ġiet stabbilita l-ordni tal-ħidma), Udo Voigt, Santiago Fisas Ayxelà, Bernd Lange, Jana Žitňanská, Anne-Marie Mineur, José Bové, Romana Tomc, Marita Ulvskog, Maria Arena, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández u Emmanuel Maurel.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Tonino Picula, Ruža Tomašić, Ivan Jakovčić, Marina Albiol Guzmán, Ernest Urtasun, Jonathan Arnott u Jean-Luc Schaffhauser.
Intervent ta': Cecilia Malmström.
PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF Viċi President
11. Relazzjoni kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina u l-istatus tal-ekonomija tas-suq (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000005/2016) imressqa minn Bernd Lange, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Ir-relazzjoni kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina u l-istatus ta' ekonomija tas-suq (2016/2514(RSP)) (B8-0102/2016)
Bernd Lange daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta': Iuliu Winkler f'isem il-Grupp PPE, David Martin f'isem il-Grupp S&D, Emma McClarkin f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, David Borrelli f'isem il-Grupp EFDD, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Janusz Korwin-Mikke Membru mhux affiljat, Daniel Caspary, Alessia Maria Mosca, Daniel Dalton, Marielle de Sarnez, William (The Earl of) Dartmouth, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Martin, Jean-Luc Schaffhauser, Salvatore Cicu, Victor Boştinaru, Bas Belder, Dita Charanzová, Roger Helmer, Franck Proust, Jo Leinen, Jarosław Wałęsa, li rreaġixxa wkoll għall-mistoqsija "karta blu" ta' Janusz Korwin-Mikke, Maria Arena, Wim van de Camp, Joachim Schuster, Christofer Fjellner, Emmanuel Maurel, Jude Kirton-Darling, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jonathan Arnott, Karoline Graswander-Hainz u Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová u Izaskun Bilbao Barandica.
PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME Viċi President
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Hannu Takkula, Jill Evans u Tiziana Beghin.
Intervent ta': Cecilia Malmström.
Id-dibattitu ngħalaq.
12. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-grupp GUE/NGL:
Kumitat FEMM: João Pimenta Lopes
Kumitat EMPL: João Pimenta Lopes
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil: João Pimenta Lopes
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana: João Pimenta Lopes
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
13. Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari
Mario Borghezio, Membru tal-Parlament, ippreżenta talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu fil-kuntest ta' proċedura li għaddejja attwalment quddiem it-Tribunale ordinario di Milano.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
14. Dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Afrika tal-Punent (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000011/2016) imressqa minn Christofer Fjellner, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Dispożizzjonijiet dwar l-żvilupp sostenibbli tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Afrika tal-Punent (2016/2554(RSP)) (B8-0108/2016)
Bernd Lange (flok l-awtur) daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta': Jude Kirton-Darling f'isem il-Grupp S&D, Daniel Caspary f'isem il-Grupp PPE, João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Christofer Fjellner u David Martin.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Arena u Notis Marias.
Intervent ta': Cecilia Malmström.
Id-dibattitu ngħalaq.
15. Rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità (dibattitu)
Rapport dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità [2015/2137(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteur: Mark Demesmaeker (A8-0003/2016)
Interventi ta': Jordi Sebastià (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Norbert Lins f'isem il-Grupp PPE, Karin Kadenbach f'isem il-Grupp S&D, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Catherine Bearder f'isem il-Grupp ALDE, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Affronte f'isem il-Grupp EFDD, Pilar Ayuso, Renata Briano, Gerben-Jan Gerbrandy, Julia Reid, Francesc Gambús, Jan Huitema, Elisabeth Köstinger, Herbert Dorfmann u Alojz Peterle.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marijana Petir, Tibor Szanyi, Notis Marias, Ulrike Müller, João Ferreira u Jonathan Arnott.
16. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Pál Csáky, Victor Negrescu, Marek Jurek, Izaskun Bilbao Barandica, Xabier Benito Ziluaga, Josep-Maria Terricabras, Ignazio Corrao, Laurenţiu Rebega, Janusz Korwin-Mikke, Esther Herranz García, Tibor Szanyi, Notis Marias, Lynn Boylan, Isabella Adinolfi, Konstantinos Papadakis, Andor Deli, Andrejs Mamikins, Pirkko Ruohonen-Lerner, Margot Parker, Ivana Maletić, Javi López, Franc Bogovič, Jude Kirton-Darling, Csaba Sógor u Tomáš Zdechovský.
17. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 576.422/OJMA).